Ftehim dwar rappreżentanza ta’ union għall-ħaddiema tar-Ryanair

  • Jan 14, 2020 14:20
  • Miktub minn iNews

    Fil-bini tal-General Workers’ Union saret l-ITF/ETF Ryanair Committee Meeting fejn intlaħaq ftehim biex il-ħaddiema tar-Ryanair (membri tal-ekwipaġġ, ground staff u inġiniera) jkollhom possibbiltà ta’ rappreżentanza ta’ union. Dan minħabba li l-ħaddiema ma jkunux jaħdmu fl-istess pajjiż u jistgħu jiċċaqilqu minn pajjiż għall-ieħor f’qasir żmien.

    Il-ftehim ġie milħuq bejn l-International Transport Workers’ Federation, l-European Transport Workers’ Federation u l-unions kollha tal-pajjiżi fejn għandha bażi r-Ryanair. Din il-laqgħa kienet indirizzata fost oħrajn mis-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja li tkellem dwar kif fid-dinja tal-lum dan hu eżempju ċar ta’ kif taħdem lokalment imma taħseb b’mentalità globali. 

    F’kumment lil ta lil dan il-ġurnal, is-Segretarju tat-Taqsima GWU Marittima u Avjazzjoni Sandro Vella li stqarr li: “dan hu l-ewwel pass biex niżguraw li ħaddiema li jkunu qed jaħdmu ma’ kumpaniji tal-ajru reġistrati f’Malta, imma mhux bilfors joperaw ġewwa pajjiżna, jkollhom aċċess tas-servizzi tal-union kif ukoll leħen ma’ min iħaddimhom.” 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0