Il-kwistjoni tal-Libja… il-Ġeneral Haftar jitlaq mir-Russja bla ma jiffirma l-ftehim tal-waqfien mill-attakki

  • Jan 14, 2020 14:48
  • Miktub minn iNews

    Il-Ġeneral Khalifa Haftar telaq mir-Russja mingħajr ma ffirma l-ftehim għall-waqfien mill-attakki, filwaqt li l-Gvern immexxi minn Fayez al-Sarrej spjega li d-dokument propost jinjora ħafna talbita mill-qawwa militari Libjana. Min-naħa l-oħra, Erdogan qal b’rabja li jekk il-Libja terġa’ tattakka, Haftar se jingħata l-lezzjoni li tistħoqqlu. 

    Ir-Russja talbet biex kemm jista’ jkun jgħaqqdu l-isforzi biex jaslu għal ftehim ta’ paċi.

    Haftar ma riedx jiffirma għax fid-dokument ma kienx hemm xi wħud mit-talbiet li għamel, partikolarment l-irtirar tal-qawwiet militari Torok mil-Libja. Barra hekk, il-Ġeneral Libjan jidher li talab ir-revoka tal-ftehim li sar bejn it-Turkija u l-Gvern tal-Qbil Nazzjonali. 

    Sorsi oħra qed jgħidu li Haftar qed jieħu ż-żmien qabel ma jiffirma, biex forsi anke jitlob xi bidliet. Jidher li ħa ftit tal-ħin biex jiddiskutu mal-pajjiżi li jappoġġjawh. Proprju minħabba f’hekk, wara li telaq mir-Russja mar fil-Lvant Nofsani biex jiltaqa’ ma’ mexxejja politiċi. 

    Ir-reazzjoni feroċi tal-President Tork, Recep Tayyip Erdogan wasslet biex ir-Russi jirreaġixxu u jitolbu li jsir sforz kollettiv ħalli jintleħaq il-paċi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0