Weħel il-ħabs ta' età żgħira... Jirriforma ruħu u jibda jgħin lil min bħalu spiċċa l-ħabs u safa bla saqaf

  • Jan 14, 2020 20:25
  • Miktub minn iNews

    Hayden Lee Jessop, minn Leeds huwa żagħżugħ li weħel il-ħabs fuq drogi u li ħebb għal xi nies. Illum, wara li skonta s-sentenza, Hayden irriforma ruħu u gġamel wegħda miegħu nnifsu biex jgħid lil min bħala seta' żbalja fil-passat u weħel il-ħabs.

    Hayden qed jagħmel dan billi qabal kontejner tal-merkanzija u biddlu f'dar għal min joħroġ mill-ħabs u jisfa bla saqaf fuq rasu. L-għan huwa li dan il-kontejner jirriformizza l-persuna u jerġa' jgħinu jqum fuq saqajh. Individwu jista' jdum joqgħod f'dan il-kontejner għal sitt xhur. 

    Hayden qed jippjana idea oħra. Fil-fatt huwa se jkun qed jaqbad lil dawk in-nies li joqogħdu fil-kontejner biex jgħinuh jibnu djar għal nies bħalhom li ma jkollhomx ħajja wara l-ħabs. Il-biża' ta' Hayden huwa li nies bħalu jerġgħu jaqgħu fil-vizzji u jerġġgħu jispiċċaw maqfulin il-ħabs purament għax dan il-post huwa l-unika abitazzjoni għalihom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0