Sinjali ta' ħajja qalb l-irmied li ħallew warajhom in-nirien fl-Awstralja

  • Jan 15, 2020 11:24
  • Miktub minn iNews

    In-nirien li ħakmu għal xhur sħaħ lil meded kbar tal-kontinent Awstraljan ħallew impatt kbir negattiv fuq l-ambjent naturali.

    Mill-inqas nofs biljun annimal, u ammont inimmaġinabbli ta’ siġar u pjanti nqatlu u nqerdu fin-nirien li raw il-bidu tagħhom f’Settembru li għadda.

    Huwa stmat li n-nirien qerdu madwar 6.3 miljun ettaru, b’ettaru wieħed jammonta għal madwar grawnd tal-futbol.

    Madankollu wħud miż-żoni milqutin qed juru sinjali ġdida ta’ ħajja, hekk kif jixhdu r-ritratti miġbudin mill-fotografu Murray Lowe, li mar jinvestiga l-effett tan-nirien viċin id-dar tiegħu tiegħu f’Kulnura, fl-istat ta’ New South Wales.

    Ir-ritratti ta’ Lowe jindikaw li pjanti diġà bdew jikbru mill-ġdid, b’uħud mis-siġar maħruqin ukoll juru sinjali li qed jerġgħu jibdew iħaddru mill-ġdid.

    Lowe ppubblika r-ritratti nhar it-Tnejn li għadda, u minn dakinhar ’l hawn dawn ġrew bħal leħħa ta’ berqa fuq il-midja soċjali, b’bosta persuni juru t-tama tagħhom li kollox jerġa’ lura għan-normal.

    RITRATTI: Murray Lowe

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0