It-Tazza Afrikana se terġa' tibda ssir f'Jannar

  • Jan 17, 2020 00:49
  • Miktub minn iNews

    Mis-sena d-dieħla t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani se ssir fiż-żmien tradi­zjonali tagħha f’Jannar u Frar biex jiġi evitat l-istaġun tax-xita, qalet l-Federazzjoni tal-Football tal-pajjiż organizzatur, il-Kamerun din il-ġimgħa.

    “It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani (AFCON) 2021 se tintlagħab fil-Kamerun mid-9 ta’ Jannar sas-6 ta’ Frar fl-2021.It-data ġiet mibdula għal raġunijiet meteroloġiċi fuq talba tal-Kamerun,” qal kelliemi tal-CAF.

    It-tournament li jintlagħab kull sentejn, is-sena l-oħra kien sar f’Ġunju-Lulju meta sar fl-Eġittu biex jiġi evitat tfixkil għall-istaġun tal-clubs tal-Ewropa, iżda pprovoka tħassib fuq tempetaturi għoljin.

    Din l-aħħar bidla mistennija tfixkel lill-clubs Ewropej partikolarment lil-leaders tal-Premier League, Liverpool, li t-team tagħhom jinkludi lil Mohamed Salah u Sadio Mane fl-attakk, li huma tnejn mill-aqwa players Afrikani, kif ukoll lill-midfielder Naby Keita.

    Oriġinarjament il-Kamerun kellhom jorganizzaw l-edizzjoni tal-2019 iżda l-preparazzjonijiet tagħhom ittardjaw u minħabba tħassib dwar is-sigurtá huma tteħdilhom dan id-dritt u issa qablu li jorganizzaw tas-sena d-dieħla.

    L-Ivory Coast li kellhom jorganizzaw il-kompetizzjoni fl-2021 issa ngħataw dik tal-2023 minflok il-Guinea li ġew fdati b’dik tal-2025.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0