Il-clubs il-kbar fl-Ewropa għandhom il-monopolju tal-qliegħ

  • Jan 17, 2020 00:58
  • Miktub minn iNews

    Fl-2018, 30 mill-aqwa clubs tal-Ewropa qalgħu kważi daqs kemm qalgħu s-682 l-oħra flimkien hekk kif il-ġid iġġenerat mill-isport kompla jkun konċentrat f’idejn il-ftit, skond rapport tal-UEFA li ġie pubblikat il-bieraħ.

    Fir-rapport annwali tagħha tal-Club Footballing Landscape, l-għaqda li tmexxi l-football fl-Ewropa, il-UEFA, qalet li s-712-il clubs fl-ogħla diviżjonijiet tal-55 kampjonati tal-Ewropa daħħlu rekord kombinat ta’ €21 biljun fis-sena finanzjarja 2018, li hija żieda ta’ 20% fuq is-sena ta’ qabel.

    Madankollu, il-UEFA qalet li proporzjon ta’ dan ġenerat mill-ħames kampjonati il-kbar tal-Ewropa – Ingilterra, Ġermanja, Spanja, Franza u Italja – laħqu l-ogħla rekord ta’ 75% b’49% marru għand 30 clubs biss.

    Sadanittant, it-tkabbir tad-dħul kien tliet darbiet iktar fost l-ikbar 30 clubs mill-kum­plament, li jindika li d-distakk qed ikompli jikber.

    “Ir-rapport jenfasizza numru ta’ theddid għall-kontinwazzjoni tal-istabbiltá u s-suċ­ċess tal-football Ewropew,” qal il-president tal-UEFA, Aleksander Ceferin fl-introduz-zjoni tiegħu.

    “Dawn jinkludu r-riskji ta’ polarizzaz- zjoni tad-dħul ibbażat fuq il-globalizzazzjoni, ta’ pajsaġġ tal-media frammentanti, u ta’ każijiet ta’ dipendenza eċċessiva fuq id-dħul ta atti­vitá ta’ trasferimenti.”

    Ir-rapport wissa wkoll li, fuq id-dahar tal-profitti mmexxija mit-televiżjoni, il-pagi kienu żdiedu b’9.4%, jew €1.2 biljun – aktar miż-żieda fid-dħul. Il-clubs ta’ La Liga kienu responsabbli għal €332 miljun miż-żieda.

    Il-pagi issa jieklu 64% tad-dħul tal-clubs, li r-rapport qal kien “iktar minn kwalunkwe industrija oħra” u 35 club għandhom kontijiet tal-pagi ta’ €100 miljun jew aktar.

    “Il-UEFA tissorvelja din it-tendenza bir-reqqa, għax sena oħra ta’ tkabbir qawwi fil-pagi fl-2019 tista’ tkompli tiekol fil-profitti operattivi,” qal ir-rapport.

    It-trasferimenti mhumiex inklużi fiċ-ċifri tad-dħul, peress li huma rrapportati separatament bħala profitti fuq il-bejgħ ta’ assi, għalkemm ħafna clubs jiddependu minn­hom għad-dħul.

    Il-UEFA qalet li l-clubs irrappurtaw dħul gross ta’ €6 biljun mit-trasferimenti, żieda ta’ 25%.

    Huwa ddikjara l-Portugall, Franza u l-Belġju bħala pajjiżi fejn il-clubs saru dipendenti fuq id-dħul mit-trasferimenti, li fil-każijiet kollha kienu ekwivalenti għal 50% jew aktar tad-dħul.

    “Il-clubs li jesportaw it-talenti naturalment saru aktar dipendenti fuq l-attivitá ta’ trasferimenti biex ikopru l-pagi tal-players tagħhom u spejjeż operattivi oħra. Din id-di­pendenza żejda tista’ potenzjalment tir­riżulta f’riskji,” wissa Ceferin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0