Arrestat fuq sejba ta' droga wara li kien innotat isuq vettura kontra l-‘one way’

  • Jan 17, 2020 08:34
  • Miktub minn iNews

    Żagħżugħ ta’ 22 sena, residenti San Ġiljan ilbieraħ kien arrestat waqt ronda li kienu qegħdin jagħmlu l-Pulizija tad-Distrett. Huwa nqabad fil-pussess ta’ sustanza llegali, allegatament droga.

    Waqt li l-Pulizija kienu qegħdin jagħmlu r-ronda f’San Ġwann, innutaw vettura tinstaq kontra l-‘one way’ fi Triq il-Kappella. Minnufih il-Pulizija bdiet issegwi din il-vettura u twaqqfet ftit wara fi Vjal ir-Riħan. Irriżulta li s-sewwieq kien qed isuq mingħajr liċenzja tas-sewqan u jaġixxi b’mod suspettuż.

    Għaldaqstant saret tfittxija fil-vettura fejn instabet sustanza, x’aktarx droga. Konsegwentament saret ukoll tfittxija fir-residenza fejn jgħix iż-żagħżugħ u hemmhekk instab basket u borża b’ammont sostanzjali ta’ sustanza, allegatament droga, kif ukoll miżien u oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga. Iż-żagħżugħ ttieħed fl-Għassa ta’ San Ġiljan, fejn hemmhekk beda jhedded lill-Pulizija.

    Huwa qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0