Jirriżenja l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar … Id-Deputat Kummissarju Carmelo Magri maħtur Aġent Kummissarju

  • Jan 17, 2020 10:20
  • Miktub minn iNews

    Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar irriżenja mill-kariga tiegħu fi ħdan il-Korp. Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-ħin ilu. Fil-konferenza tal-aħbarijiet huwa kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.

    Il-Prim Ministru Abela ħabbar li intant inħatar bħala aġent Kummissarju tal-Pulizija, Carmelo Magri.

    Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Cutajar qal li l-għażla ta’ Prim Ministru ġdid se tkun qed titlob bidu ġdid.

    Filwaqt li qal li r-riżenja ta’ Cutajar ġiet aċċettata, il-Prim Ministru Abela faħħar xogħol ixxogħol siewi tiegħu matul l-aħħar snin. Huwa għamel referenza wkoll għall-każ dwar l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia, fejn qal li l-Pulizija ta’ Malta kienet fundamentali biex jiġu arrestati erba’ persuni b’rabta ma’ dan il-każ.

    Huwa rrefera li se jkun qed jiddiskuti mal-Kabinett metodu ġdid ta’ għażla għal Kummissarju ġdid tal-Pulizija li huwa xieraq għaż-żmijijiet tal-lum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0