Jibqa' jinżamm arrestat ir-raġel akkużat bil-hit and run f'Ħal Qormi

  • Jan 17, 2020 13:02
  • Miktub minn iNews

    Anees Badroush, ta’ 29 sena, mis-Siġġiewi kien akkużat li fl-10 ta’ Jannar fi Triq l-Imdina Ħal Qormi tajjar li Emanuel Sacco, ta’ 69 sena, u li saq vettura b’mod traskurat. Huwa kien akkużat ukoll li ma obdiex is-sinjali tat-traffiku.

    Fil-Qorti l-Ispettur Alfredo Mangion qal li kien hemm xhud li ra l-inċident iseħħ, u li sussegwentement għadda n-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura lill-Pulizija.

    Mill-istħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-karozza hija reġistrata fuq mara, li jirriżulta li hija s-sieħba tal-akkużat.

    Fil-Qorti ntqal ukoll li l-akkużat u s-sieħba tiegħu ġew arrestati wara li injoraw it-talba li saritilhom biex imorru l-għassa.

    Sussegwentement irriżulta li kien l-akkużat li kien qed isuq il-vettura, bil-mara tinħeles mill-arrest.

    Il-vettura involuta fl-inċident instabet fl-inħawi ta’ Għar Lapsi, u kellha ħsarat li kienu kompatibbli mal-inċident.

    L-anzjan intant għadu qed jinżamm għall-kura l-Isptar Mater Dei kaġun tal-ġrieħi gravi li sofra.

    Għalkemm l-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu, l-Ispettur Mangion oġġezzjona li jingħata l-libertà proviżorja minħabba li saħaq li l-akkużat ma kienx qed jagħmel użu mir-residenza indikata fl-indirizz tiegħu.

    Għall-akkużat dehru l-Avukati Amadeus Cachia u Franco Debono, bil-Prosekuzzjoni titmexxa mill-Ispettur Alfredo Mangion.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0