Probation għal ġuvni li seraq portmoni ta' anzjana f''subway'

  • Jan 17, 2020 16:35
  • Miktub minn iNews

    Żagħżugħ ta' 21 sena minn Bormla tpoġġa taħt ordni ta' probation wara li ammetta li seraq portmoni ta' anzjana mis-'subway' ta' Birkirkara.

    Gareth Chlach ammetta li fit-3 ta' Jannar li għadda, mis-'subway' li hemm fi Triq Dun Karm, seraq il-portmoni ta' Maria Schembri ta' 71 sena.

    Huwa ammetta wkoll li kiser il-kundizzjonijiet li rabtitu bihom il-Maġistrat Charmaine Galea f'kawża oħra.

    Chlach ġie identifikat minn CCTV cameras fl-inħawi li anke tqabblu mad-deskrizzjoni li tat il-vittma

    Fl-awla huwa talab skuża għal dak li għamel u wiegħed li ma jerġax jikkommetti reat ieħor.

    Minbarra l-ordni ta' probation, il-Maġistrat Nadine Lia ordnat li jinħareġ ordni ta' trattament għall-istess perjodu u li ma javviċinax lill-vittma.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri u Lydon Zammit waqt li l-Avukat George Anton Buttigieg deher għall-ġuvni.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0