Fir-Russja: 13-il sena ħabs għal omm li qatlet lil bintha bil-ġuħ sakemm marret tiddeverti għal ġimgħa sħiħa ma' sħabha

  • Jan 17, 2020 18:26
  • Miktub minn iNews

    Omm li ammettiet li qatlet lil bintha ta’ tliet snin billi ħallietha waħedha għal ġimgħa sħiħa bla ikel biex tkun tista’ tmur tiddeverti ngħatat sentenza ta’ priġunerija fir-Russja.

    Maria Plenkina, ta’ 21 sena, intbagħtet 13-il sena il-ħabs wara li nstabaet ħatja tal-qtil ta’ bintha Kristina.

    Il-Qorti semgħet kif Plenkina ħalliet lil Kristina waħedha fl-appartament mingħajr l-ebda elettriku jew ilma u ammont żgħir ta’ ikel filwaqt li hija marret tiddeverti flimkien ma’ sħabha.

    L-investigaturi qalu li Plenkina ammettiet li hija kienet deliberatament sakkret il-bieb tal-appartament fejn kienet toqgħod u anke sakkret l-ilma qabel ma telqet mid-dar.

    It-tifla nstabet bla ħwejjeġ, bl-awtopsja tiddetermina li mietet bil-kesħa. L-investigaturi qalu wkoll li l-appartament kien mimli skart.

    Jidher li l-omm kienet ħalliet biss yoghurt, ftit biċċiet laħam tat-tiġieġ u zalzett lil bintha għal ġimgħa sħiħa.

    Il-Qorti semgħet ukoll li t-tifla tant kienet bil-ġuħ li anke ppruvat tiekol prodotti tal-ħasil.

    Il-mara baqgħet tinsisti li qatt ma kellha l-intenzjoni li toqtol lil bintha u qalet li kienet qed taħseb li se ssibha ħajja meta tirritorna lura d-dar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0