Mixli li kien kompliċi fil-ħruq ta' karozza

  • Jan 17, 2020 20:14
  • Miktub minn iNews

    Żagħżugħ ta' 25 sena mil-Libja li jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far baqa' miżmum taħt arrest wara li kien mixli b'kompliċita fil-ħruq ta' karozza fil-Belt Valletta.

    Ateri Ahmed Alfurjani kien akkużat li fil-lejl ta' bejn id-9 u l-10 ta' Novembru li għadda kien kompliċi ma' persuni jew persuni oħra fil-ħruq ta' Mercedes li kienet ipparkjata fi Triq San Duminku.

    L-Ispettur Jeffrey Scicluna, li investiga l-każ, spjega lill-Maġistrat Nadine Lia kif minn filmat ta' CCTV cameras l-akkużat intlemaħ iġib il-fjuwil u kien ħdejn min ħaraq il-karozza.

    L-Avukat Mark Mifsud Cutajar nforma lill-imsemmija maġistrat li l-akkużat kien qed iwieġeb mhux ħati tal-akkuża imma ma talabx għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

    Il-Pulizija mistennija tressaq żewġ persuni oħra dwar dan il-każ li fih inħarqet vettura oħra waqt li residenti fi blokka ta' appartamenti fl-istess triq kellhom jiġu evakwati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0