Telfa għat-team nazzjonali tan-nisa

  • Jan 18, 2020 00:59
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: MFA

    Wara d-draw prestiġjuż ta’ 2-2  kontra l-Isvizzera f’partita ta’ ħbiberija, nhar it-Tlieta li għadda, wirja qalbiena ma kinitx biżżejjed għat-team nazzjonali tan-nisa hekk kif safa megħlub mit-Turkija bl-iskor strett ta’ 2-1.

    Kienu t-Torok li fetħu l-iskor permezz ta’ Esra Erol fid-29 minuta iżda l-Maltin wettqu reazzjoni u 11-il minuta wara kisbu d-draw mill-player ta’ 15-il sena li tilgħab ma’ Mgarr United, Haley Bugeja.

    Fit-tieni taqsima, il-Maltin għamlu minn kollox biex iżommu l-pass mal-avversarji u rnexxielhom jaqsmu l-logħob magħhom għal ħin konsiderevoli iżda, fil-65 minuta, ġew ikkastigati minn goal ta’ Kader Hancar li kellu jkun il-goal tar-rebħa għat-Torok.

    Il-formazzjoni li għażel li jibda biha l-coach Mark Gatt hija:

    1-Janice Xuereb, 3-Ann-Marie Said, 4-Veronique Mifsud, 5-Stephania Farrugia, 6-Dorianne Theuma, 7-Ylenia Carabott, 9-Alishia Sultana, 11-Haley Bugeja, 15-Jade Flask, 17-Brenda Borg, 20-Nicole Sciberras

    Sostituti: Subs used: Charlene Zammit, Martina Borg, Sydney Schembri, Gabriella Zahra, Claudette Xuereb.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0