Raġel iterraq fit-toroq f'Tas-Sliema jgħid li jinsab marid u mingħajr saqaf fuq rasu... Jekk ma tgħinux jibda jirrabja

  • Jan 18, 2020 09:50
  • Miktub minn iNews

    Numru kbir ta' residenti Slimiżi qed jallegaw li fit-toroq tagħhom, ta' kuljum qed ikun hemm raġel, bid-daqna, liebes jeans, ġakketta u żarbun abjad, jistaqsi għall-għajnuna, preferibbilment flus. Lil kull min qiegħed iwaqqaf, dan ir-raġel qed jgħidlu li huwa marid u ilu għal dawn l-aħħar 16-il jum bla saqaf fuq rasu. Jidher li din l-esperjenza qed jgħaddu minnha numru ta' residenti Slimiżi u għalhekk dan mhuwiex każ iżolat. 

    Kien hemm numru ta' Slimiżi li fuq il-paġna ta' Facebook Sliema Residents qalu li huma rrifjutaw li jagħtu flus lil dan ir-raġel. Żiedu jgħidu li appena jisma' hekk, dan ir-raġel jibda jirrabja u jbiddel it-tonalità tiegħu. Uħud minn dawn ir-residenti, meta jaraw hekk taħkimhom biża' kbira.

    Kien hemm minn irrimarka li din is-sitwazzjoni ilha għaddejja għal din l-aħħar sena. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0