''Il-baħar għannaqtu miegħek issa għannqek lura hu'' - Ħbieb isellmu l-memorja ta' Christine... Is-Soċjetà Filarmonika La Stella f'luttu

  • Jan 18, 2020 13:35
  • Miktub minn iNews

    Il-komunità Għawdxija tinsab f'luttu. Il-profil ta' Facebook ta' Christine Gauci, Għawdxija u membru fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta, jinsab miżgħud b'kummenti ta' sogħba.

    Dik li dalgħodu kellha tkun għadsa oħra għal Christine, spiċċat fi traġedja Xitwija. Christine, ta' 35 sena, tilfet ħajjitha dalgħodu f'Imġarr ix-Xini, f'Għawdex wara li kienet qed togħdos flimkien ma' persuna oħra. 

    Wieħed mill-kummenti li kiteb ħabib tagħha fuq Facebook jgħid li "il-baħar għannaqtu miegħek issa għannqek lura hu." Mill-kummenti ta' sħabha jidher li hi kienet magħrufa magħhom bħala Kikkina. 

    Is-Soċjetà Filarmonika La Stella f'luttu

    Christine kienet ukoll tifforma parti mis-Soċjetà Filarmonika La Stella bħala bandista tal-Banda Ċittadina La Stella. Fi stqarrija fuq Facebook, is-Soċjetà irringrazzjat lil Christine għas-servizz tagħha bħala bandista. 

    Ritratti - Brian Xuereb (Facebook)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0