Għada festa Nazzjonali f'ġieh San Ġużepp fil-Belt Valletta

  • Jan 18, 2020 19:30
  • Miktub minn iNews

    Għada, il-Ħadd l-għaqdiet kollha li jġibu l-isem ta’ San Ġużepp imxerrda madwar Malta u Għawdex se jkunu qed jingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw festa kbira lil San Ġużepp. Din il-Festa Nazzjonali Ġużeppina se tkun qed timmarka l-bidu ta’ Sena Ġużeppina li se tfakkar il-150 sena minn meta l-Beatu Papa Piju IX ipproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali.

    Għalhekk, għada, fid-9am, fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta se jkun qed jiġi ċċelebrat Pontifikal Solenni mmexxi minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna u li għalih se jattendu l-fratellanzi kollha ta’ San Ġużepp, lgħaqdiet mużikali u soċjali u għaqdiet oħra inkluż tal-armar u n-nar li jġibu l-isem ta’ San Ġużepp.

    Wara, għall-ħabta tal-10:30am, se tkun qed issir Purċissjoni Solenni bil-vara artistika ta’ San Ġużepp meqjuma fis-Santwarju Bażilika tal- Karmnu, liema statwa, is-sena li għaddiet għalqet 325 sena. Il-purċissjoni se tkun akkumpanjata mill-frattelanzi kollha ta’ San Ġużepp u anke l-baned Ġużeppini li għal din l-okkażjoni ngħaqdu f’banda waħda u kbira.

    Interessanti li l-għaqdiet kollha tal-armar ta’ San Ġużepp se jieħdu ħsieb jarmaw Triq Ir-Repubblika bil-bandalori u Triq It-Teatru l-Antik bil-pavaljuni, biex hekk, il-Belt Valletta se tinbidel f’vettrina ta’ armar Ġużeppin li matul is-sena jżejjen diversi bliet u rħula li jiċċelebraw festa lil San Ġużepp.

    Iċ-ċelebrazzjonijiet se jkomplu matul is-sena permezz tal-festi rispettivi u jagħlqu fid-19 ta’ Settembru b’festa nazzjonali oħra fir-Rabat tal-Imdina.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0