Arrestat Bormliż li nqabad fil-fatt jipprova jidħol f'residenza f'Bormla

  • Jan 18, 2020 18:21
  • Miktub minn iNews

    Ħidma konġunta bejn il-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla u l-Membri mir-Rapid Intervention Unit waslet għal arrest ta’ raġel ta’ 41 sena minn Bormla, li allegatament kien qed jipprova iwettaq serqa minn residenza f’Bormla. 

    Illum għall-ħabta tas-14:00, il-Pulizija irċevew telefonata mingħand persuna, fejn din il-persuna għaddiet informazzjoni li hija nnutat lil xi ħadd jidħol minn tieqa ta’ residenza, fi Triq il-Mitħna, f’Bormla. Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn iċċirkondaw ir-residenza sabiex l-allegat persuna ma jaħrabx. Il-Membri tar-Rapid Intervention Unit daħlu fir-residenza fejn sabu lill-allegat moħbi ġo kamra żgħira mimlija affarijiet mhux mixtieqa. 

    Ir-raġel ġie arrestat u wara tfittxija li saret fuqu instabu xi affarijiet li kienu allegatament misruqa mir-residenza. 

    Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

    Ritratt - Alan Saliba (Arkivji)

     

     

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook