Raġel ta' 47 sena ma nstabx ħati li ta gambetta lil tfajla li kienet qed tiżfen f'diskoteka

  • Jan 18, 2020 20:40
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta' 47 sena li joqgħod San Ġiljan ma nstabx ħati li ta gambetta lil tfajla li kienet qed tiżfen f'diskoteka f'Paceville ma' oħtha.

    Adrian Pace kien mixli li fit-22 ta' Novembru 2015, għall-ħabta tat-3.30 a.m. fl-istabbiliment “Flashback”, ikkaġuna ferita gravi lil Roxanne Brignoli.

    Kemm Brignoli kif ukoll oħtha Cynthia Brignoli allegaw li huwa aġixxa kif aġixxa għax ma tawhx wiċċ wara li ittantahom.

    L-akkużat ma eskludix li seta ittantaha xi darba madankollu ċaħad li taha gambetta u qal li bdiet tgħajjru mingħajr ma għamlilha xejn.

    Wara li semgħet iż-żewġ verżjonijiet il-Maġistrat Josette Demicoli irrimarkat li l-aħwa Brignoli ma kienux konsistenti fix-xhieda tagħhom u għalhekk qieset il-verżjoni tagħhom bħala waħda li mhix kredibbli.

    Hija sostniet li l-ambjent kien mudlam u minbarra li kien hemm nies oħra ma jirriżultax li kien hemm xi kwistjonijiet fl-istess jum jew qabel bejn l-akkużat u l-allegat vittma.

    Kien għalhekk li hija ma sabitux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih mill-Ispettur Trevor Micallef.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0