Waterpolo: Telfa umiljanti għal Malta

  • Jan 18, 2020 20:53
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Unerija . 26

    Malta....... 0

    (6-0, 7-0, 8-0, 5-0)

    Meta tkun għadek ġej minn telfa diżappuntanti kontra t-Turkjia, f’dik li qabel tqieset bħala finali, il-moral ikun wieħed ferm baxx.

    Dan ma għen xejn biex it-team nazzjonali Malti tal-waterpolo jaffronta lill-pajjiż organizzatur ta’ dan il-Kampjonat Ewropew, l-Ungerija, meqjusa bħala wieħed mill-aqwa timijiet fid-dinja u bil-players tagħhom jitqiesu bħala l-krema ta’ dan l-isport.

    Huma riedu vantaġġ ta’ 20 goals biex jaċċertaw mill-ewwel post ta’ Grupp C ... u proprju hekk għamlu fejn ixxalaw bil-kbir.

    Fil-fatt, il-Maltin sfaw megħluba minn din il-qawwa Un­geriża bl-iskor umilajnti ta’ 26-0.

    L-avversarji ddominaw il-partita mill-bidu sal-aħħar u qatt ma taw ċans lill-Maltin jidħlu fil-partita.

    Ta’ nota huwa l-fatt li din it-telfa kienet l-agħar waħda għal Malta fil-fażi finali tal-Kampjonat Ew­ro­pew.

    L-Ungeriżi rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-0, bil-goals għalihom jaslu minn Balasz Elderyli minn man-up, Zoltan Pohl (2), Marton Vamos, Denes Varga u Norbert Hosnyanszky

    L-Ungeriżi komplew jidominaw u trijonfaw ukoll fit-tieni sessjoni, din id-darba bl-iskor ta’ 7-0, bl-awturi tal-goals ikunu Gergo Zalanki (4), Denes Varga (2) u Szilard Jansik.

    Id-dominju assolut Un­geriż kompla wkoll fit-tielet sessjoni, fejn huma skorjaw tmienja mingħajr risposta, bil-protagonisti jkunu Denes Varga (2),  Gergo Zalanki (2), Zoltan Pohl, Marton Vamos, Ba­lasz Erdelyi u Tamas Mezei.

    Ir-raba’ u l-aħħar sessjo­ni ntrebħet bil-punteġġ ta’ 5-0 bl-iskorers Ungeriżi jkunu Denes Varga, Gergo Zalanki, Szilard Jansik, Zoltan Pohl u Marton Vamos.

    Intant, din kienet il-formazzjoni Maltija mmex­xija mill-coach, Karl Izzo, assisti minn Anthony Farrugia:

    1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta, 3-And­reas Galea, 4-Gabriel Pa­ce, 5-Darren Zammit, 6-Matthew Zammit, 7-Stevie Camilleri, 8-Jordan Ca­milleri, 9-Jeremy Abela, 10-Aurelien Cousin, 11-Ben Plumpton, 12-Dino Zammit, 13-Alan Borg Cole

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0