Neil Harrison jissemma’ bħala li jista’ jkun il-Kummissarju l-ġdid

  • Jan 19, 2020 08:15
  • Miktub minn Victor Vella

    Hekk kif nhar il-Ġimgħa tħabbar li l-Kummissarju Lawrence Cutajar kien irriżenja, fil-kurituri tal-kwartieri ġenerali tal-Pulizija mill-ewwel bdew jissemmew ismijiet ta’ persuni li jistgħu jkunu huma li jintgħażlu biex iservu bħala Kummissarju tal-Pulizija. Għalkemm issemmew diversi ismijiet jidher li isem li ssemma ħafna b’mod konsistenti hu dak ta’ Neil Harrison, li kien serva bħala Assistent Kummissarju u kien anke mexxa b’suċċess l-Iskwadra ta’ Kontra it-Traffikar tad-Droga.

    Tkellimna ma’ sorsi governattivi u dawn qalulna li “fil-mument aktar minn ismijiet ta’ persuni hu importanti li jiġi stabbilit x’tip ta’ proċess se jitfassal fl-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija. Dan se jkun deċiż nhar it-Tlieta f’laqgħa tal-Kabinett”.

    Intant sorsi qrib il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija qalulna li “ħafna qegħdin jippuntaw lejn Neil Harrison bħala l-Kummissarju l-ġdid. Hawn rispett kbir lejh. L-esperjenza li għandu ta’ kif jitħaddem il-Korp tal- Pulizija  tagħmlu kandidat ideali”.  L-istess sors qalilna li “qed jissemmew ismijiet oħrajn ta’ uffċjali b’esperjenza kbira li kienu telqqu mill-Korp għal raġunijiet diversi”.

    Intant fl-ittra ta’ riżenja li ppreżenta l-Kummissarju Lawrence Cutajar, huwa qal li l-ħatra ta’ Prim Ministru ġdid titlob bidliet bil-għan li jkun hemm riforma mixtieqa.

    Fid-dawl tar-riżenja ta’ Lawrence Cutajar, inħatar b’mod interim l-Aġent Kummissarju Carmelo Magri li huwa l-aktar anzjan fil-Korp, filwaqt li se jibda l-proċess tal-għażla għall-ħatra ta’ Kummissarju ġdid.

    Il-Prim Ministru Robert Abela qal li f’dawn l-aħħar xhur il-korp tal-pulizija kiseb ħafna riżultati. Apparti li nnota li l-Korp kien strumentali fejn solva każijiet ta’ kriminalità serja, il-Pulizija ħadmet b’mod professjonali fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fejn ġew arrestati u investigati dawk il-persuni li allegatament kellhom x’jaqsmu mad-delitt.

    Il-Prim Ministru sostna li f’kull istituzzjoni jkun hemm bżonn ta’ riforma minn żmien għal żmien u fisser li fl-ewwel ġranet mill-ħatra tiegħu saru bidliet ambizzjużi biex tkompli l-ħidma għall-governanza tajba. Abela qal li issa jingħata bidu ta’ riforma fil-korp tal-pulizija bil-għan li tkompli ssaħħaħ lill-istess Korp.

    “Nemmen fis-serjetà. Dan huwa gvern kommess fuq is-saltna tad-dritt u d-dixxiplina u huwa wieħed li jiddeċiedi u qiegħed jaġixxi. Dan huwa proċess naturali u jekk ma tbiddilx tissogra li tistaġna,” qal Abela filwaqt li spjega li se jkun hemm diskussjoni serja dwar dan il-proċess u se jressaq proposta dwar il-metodu ġdid tal-għażla fil-laqgħa tal-Kabinett li jmiss.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0