“Era ġdida għall-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli” - il-Ministru Aaron Farrugia

  • Jan 19, 2020 09:35
  • Miktub minn iNews

    Suċċess finanzjarju waħdu ma jiggarantixxix kwalità ta’ ħajja xierqa għall-poplu…

    “L-ekonomija f’pajjiżna għamlet passi kbar ‘il quddiem fl-aħħar seba’ snin.  Iżda issa wasal iż-żmien li nieħdu lil pajjiżna oltre ħalli nassiguraw li dan it-tkabbir ekonomiku jkompli jissaħħaħ  waqt li jkun sostenibbli fit-tul. B’hekk il-familji, il-komunitajiet, u n-negozji jkomplu jgawdu l-ġid filwaqt li nassiguraw kwalità ta’ ħajja aħjar. Din hi era ġdida għall-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli”.

    Sostna dan il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Dr Aaron Farrugia, meta tkellem magħna dwar ir-responsabbilitajiet ġodda li ngħata b’rabta mal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli. Hu qalilna li se jkun qed iwettaq it-tibdil li hemm bżonn sabiex nieħdu lill-pajjiżna għall-livell li jmiss, sabiex tissaħħaħ il-kompetittività b’hekk  il-familji, il-komunitajiet, u n-negozji jkomplu jgawdu l-ġid, filwaqt li titjieb l-kwalità ta’ ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Spjega li issa l-ħidma issa se tkun qed tiffoka fuq ippjanar li jimxi id f’id mal-ambjent, u mhux jaħdem kontrieh. 

    F’kummenti li tana, il-Ministru Farrugia spjega kif għaxar snin ilu, pajjiżi oħra Ewropej  ftit ‘il bogħod minn xtutna, flimkien mal-ekonomija globali, kienu għaddejjin minn riċessjoni. Iżda l-ekonomija Maltija wriet is-saħħa kbira tagħha hekk kif felħet għat-tħeżżiżiet ekonomiċi serji ħafna u ma ntlaqtitx minn din ir-riċessjoni. Biss ftit wara, taħt Gvern Laburista, beda tkabbir bla preċedent tal-ekonomija Maltija. 

    “Madankollu, s-suċċess finanzjarju waħdu ma jiggarantixxix kwalità ta’ ħajja xierqa għall-poplu,” spjega Dr Farrugia. “Filwaqt li rajna żieda sinifikanti fid-dħul disponibbli u l-impjiegi, fatturi li saħansitra poġġew lil Malta fuq quddiem nett tal-klassifika Ewropea fir-rendiment ekonomiku, issa wasal iż-żmien li nħarsu lejn elementi soċjo-ekonomiċi bħal governanza tajba, ugwaljanza, titjib fil-pagi, l-ambjent, u żvilupp sostenibbli. L-għan ta’ dawn l-elementi huwa li jagħmlu lil Malta l-aqwa pajjiż biex wieħed jgħix fih, u li taċċerta li kulħadd jibbenefika mit-tkabbir ekonomiku fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.”

    Il-Ministru qal li kienet aħbar pożittiva li id-dekasteru tal-ippjanar u l-ambjent ingħaqdu taħt Ministeru wieħed, u li b’din ir-responsabbilta se jkun qed jaħdem sabiex jippromovi governanza tajba fl-ippjanar filwaqt li jħares id-dimensjoni soċjali u ambjentali. 

    RITRATT: Gareth Degiorgio

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0