“Din kienet ġimgħa ta deċiżjonijiet li ddefinew lill-gvern bħala wieħed serju, iddixplinat u ffukat”

  • Jan 19, 2020 11:48
  • Miktub minn iNews

    “Din kienet ġimgħa ta deċiżjonijiet li ddefinew lill-gvern bħala wieħed serju, iddixplinat u ffukat.” Hekk saħaq il-Prim Ministru Robert Abela fl-ewwel diskors tiegħu waqt attività politika li saret f’Bormla.

    Il-Prim Ministru Abela spjega l-viżjoni tiegħu għall-Gvern, anke lil hinn minn tmiem din il-leġiżlatura. Tenna li huwa kien talab ftit ġimgħat biex jerġa’ jġib stabbiltà fil-pajjiż, madankollu tenna li din l-istabbiltà se tieħu ferm inqas biex tiġi fis-seħħ. Saħaq li jixhed dan mhux biss ir-reazzjonijiet tan-nies li qed tħares biex il-Gvern ikompli bix-xogħol tiegħu, iżda anke mill-imsieħba soċjali.

    Saħaq li fi ftit sigħat il-Gvern irnexxielu joħloq sens ta’ ottimiżmu msejjes fuq l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni attwali, iżda wkoll fuq il-viżjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet li se jkomplu qed jittieħdu b’kontinwità.

    Għamel referenza fost oħrajn għall-ħatra tal-Kabinett. Filwaqt li tenna li huwa kburi bil-ħatra tiegħu, il-Prim Ministru Abela tenna li huwa kburi wkoll bil-grupp parlamentari kollu.

    Emfasizza li se jkun qed juża t-talent tad-deputati kollha fi ħdan il-Grupp Parlamentari Laburista.

    Filwaqt li qal li jifhem il-weġgħat ta’ min ma nħatarx fil-Kabinett, jinsab konvint li b’ħidma kollettiva l-gvern se jibqa’ jaħdem għall-ġid tal-pajjiż.

    Saħaq li aspett li se jkun qed jingħata importanza huwa dak ambjentali. “L-ambjent mhux se jibqa’ l-ħaruf tas-sagrifiċċju tal-iżvilupp, l-istess bħalma l-iżvilupp mhux se jkun il-ħaruf tas-sagrifiċċju tal-ambjent,” tenna l-Prim Ministru Abela.

    Filwaqt li qal li lest jaħdem ma’ kulħadd, mhux se jkun qed jaċċetta li xi ħadd jiddetta lill-Gvern x’għandu jagħmel.

    “Aħna l-Gvern, u d-deċiżjonijiet neħduhom aħna, għax il-poplu lilna fada biex immexxu lill-pajjiż,” żied jgħid il-Prim Ministru.

    Tenna r-rieda tiegħu li Gvern immexxi minnu jkun aktar viċin in-nies. “Hija realtà li seta’ kien hemm żmien fejn ma smajniex biżżejjed dak li kienu qed jgħidulna n-nies.”

    Huwa għamel referenza wkoll għall-preżenza ta’ nisa fil-Parlament, fejn wera x-xewqa tiegħu li l-preżenza tan-nisa tikber wara l-elezzjoni li jmiss.

    Tenna li l-Gvern irid kwalità aħjar għal kulħadd, b’dan ifisser aktar flus fil-but tal-familji.

    Għamel referenza wkoll għall-elezzjoni għal ħatra ta’ mexxej ġdid Laburista. Tenna li minn din l-elezzjoni, kuntrarjament għall-Partit Nazzjonalista, il-PL ħareġ aktar magħqud u b’saħħtu u rringrazzja lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne tal-appoġġ li wera fil-konfront tiegħu. “Ilkoll se nkunu qed niġbdu ħabel wieħed,” tenna l-Prim Ministru Abela.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0