Tfakkar lil Christine Gauci, il-membru tal-FAM li serviet ukoll fl-Afghanistan … “Int mudell li n-nisa kollha għandhom isegwu”

  • Jan 19, 2020 14:06
  • Miktub minn iNews

    “Christine int mudell li n-nisa kollha għandhom isegwu.” Hekk saħqet kollega ta’ Christine Gauci, suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta li lbieraħ tilfet ħajjitha f’Imġarr ix-Xini, f’Għawdex, wara li kienet qed togħdos.

    F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Christine kienet deskritta mhux biss bħala membru tal-FAM, iżda li serviet ukoll fl-armata Brittanika, u li saħansitra serviet militarment fl-Afghanistan.

    “Hi biss kienet taf xi tfisser meta xi ħadd jispara lejk … u żammet soda minkejja dan kollu u tat kuraġġ lilna lkoll,” żiedet tgħid il-kollega ta’ Christine.

    Filwaqt li qalet li huwa minnu li hija mietet tagħmel l-aktar ħaġa li kienet għal qalbha, il-mewt tagħha tfisser telfa kbira għal dawk kollha li jafuha.

    Il-kollega ta’ Christine temmet tgħid li “għandha sservi ta’ ispirazzjoni għan-nisa kollha determinati li jwettqu affarijiet li ħafna jqisu bħala impossibbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0