L-Iran jgħid li“m'hemm l-ebda pjani” biex il-kaxxi s-suwed ta' ajruplan Ukren li twaqqa' fl-Iran jintbagħtu Kyiv għal analiżi

  • Jan 19, 2020 15:41
  • Miktub minn iNews

    L-awtoritajiet Iranjani jidher li biddlu fehemthom dwar li jibagħtu lill-awtoritajiet Ukreni l-kaxxi s-suwed tal-ajruplan tal-passiġġieri Ukren li ġġarraf aktar minn ġimgħa ilu fl-Iran. Dan hekk kif qalu li m’għandhom l-ebda pjan biex jagħmlu dan.

    Hassan Rezaeifer, l-kap għal investigazzjonijiet dwar aċċidenti, qal li ma kienet ittieħdet l-ebda deċiżjoni dwar jekk il-kaxxi s-suwed humiet se jkunu qed jintbagħtu lil awtoritajiet barranin, inqas minn 24 siegħa wara li kien ikkwotat jgħid li dawn kienu se jintbagħtu l-Ukrajna.

    Ilbieraħ huwa qal li huwa impossibbli li tinqara l-informazzjoni tal-kaxxi suwed fl-Iran, u l-intenzjoni kienet li jintbagħtu l-Ukrajna biex jiġu analizzati minn esperti Franċiżi, Amerikani u Kanadiżi.

    Il-Gwardja Rivoluzzjonarja waqqgħet l-ajruplan Ukren fit-8 ta’ Jannar li għadda mumenti wara li telaq mill-ajruport f’TEhran. Abbord kien hemm 176 persuna.

    Ħdax mill-vittmi kienu ta’ nazzjonalità Ukrena.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook