Illum jirritorna l-Parlament...

  • Jan 20, 2020 07:58
  • Miktub minn iNews

    Illum se jerġa’ jibda jitlaqqa’ l-Parlament wara l-waqfa għall-vaganzi tal-Milied u tal-ewwel tas-sena, din id-darba bi Prim Ministru u Kabinett ġdid. 

    L-aħħar seduta parlamentari saret nhar l-4 ta’ Diċembru li għadda, li kienet ukoll l-aħħar waħda ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru. Dakinhar kienu approvati diversi voti li joħorġu mill-baġit 2020, bl-Oppożizzjoni Nazzjonalista tagħżel li ma tkunx preżenti għas-seduta billi nsistiet li ma kienet se tattendi għall-ebda attività li fiha jkun preżenti Joseph Muscat bħala PM.

    Fil-Parlament illum se jkun hemm Prim Ministru ġdid, Dr Robert Abela, wara li fil-jiem li għaddew rebaħ l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Mexxej Laburista u eventwalment ħa l-ġurament bħala l-Prim Ministru ta’ Malta. 

    Intant, illum mistenni wkoll jieħu l-ġurament tal-ħatra Jean Claude Micallef wara li f’Diċembru li għadda kien ġie elett Membru Parlamentari Laburista. Huwa se jkun qed jieħu post Helena Dalli wara l-ħatra tagħha bħala Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.

    Fuq nett tal-aġenda tal-lum hemm id-diskussjoni fi stadju tat-Tieni Qari l-Abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni tal-Counselling u l-Abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar l-aġenzija għal Infrastruttura Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0