“Pjan fit-tul biex naraw li jonqos il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku”

  • Jan 20, 2020 08:16
  • Miktub minn Maria Azzopardi

    Il-Ministru Michael Farrugia se jaħdem fuq miżuri li jiżguraw sigurtà fil-provvista tal-elettriku, ilma tax-xorb aħjar u enerġija nadifa

     

    Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia tkellem ma’ inewsmalta dwar x’se jkunu wħud mill-prijoritajiet tiegħu. Fost il-prijoritajiet hu jelenka l-ħidma biex isir progress fuq il-proġett tal-pipeline tal-gass, il-proġett tar-rilokazzjoni tat-tankijiet tal-ħażna tal-fjuwil u ħidma fit-tul biex jaraw li jonqos il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku.

    Il-Ministru Farrugia qal li s-setturi tal-enerġija u l-ilma huma oqsma strateġici u għalhekk, il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma se jkompli bl-impenn tiegħu li jibqa' jimplimenta miżuri li jiżguraw sigurtà fil-provvista tal-elettriku, ilma tax-xorb ta' kwalità aħjar kif ukoll miżuri li jiżguraw enerġija nadifa, effiċjenti u rinovabbli. Dan, filwaqt li jkompli jinvesti f'infrastruttura u teknoloġija ġdida permezz ta' diversi proġetti li għaddejjin.

    Il-Ministru qal li investiment kruċjali li se jkompli jara li jsir progress fuqu huwa l-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija, proġett li se jgħaqqad lil Malta man-netwerk Ewropew u li eventwalment se jwassal għat-tneħħija tat-tanker tal-gass mill-port ta' Marsaxlokk. 

    Prijorità oħra fil-ħidma tiegħu fi ħdan il-Ministeru hija li jitkompla l-proġett tar-rilokazzjoni tat-tankijiet tal-ħażna tal-fjuwil minn Birżebbuġa għal Ħal Saptan f'impjant li se jiġi immodernizzat. 

    Se naħdmu wkoll fuq pjan fit-tul biex naraw li jonqos il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku. Barra minn hekk, il-Ministeru se jkompli jaħdem fuq il-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima għall-perjodu 2021-2030,” qal il-Ministru Farrugia.

    Huwa żied jgħid li fil-qasam tal-ilma, se jaraw kif jitkompla l-progress fuq il-proġett – Towards a Net Zero Impact Utility – proġett ta' aktar minn €130 miljun intiż biex itejjeb b'mod drastiku l-kwalità tal-ilma f'Malta u f'Għawdex, jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, tikber l-effiċjenza u jiġi kkonservat l-ilma tal-pjan.

    Fost dawn hemm il-proġetti l-bini ta' Reverse Osmosis ġdid f'Ħondoq ir-Rummien f'Għawdex kif ukoll il-bini ta' mina bejn Pembroke u Ta' Qali.

    Fl-aħħar nett, il-Ministru Farrugia jgħid li proġett interessanti ieħor li qed taħdem fuqu l-WSC u li se jkun ta' prijorità fil-ħidma tiegħu huwa l-ħidma li qed issir, permezz ta' teknoloġija ġdida, biex ikunu jistgħu jiġu identifikati każi ta' ħela, u anke serq, ta' ilma.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0