AĠĠORNAT: Il-Ministru Justyne Caruana tirriżenja minn Ministru

  • Jan 20, 2020 08:45
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana jidher li se jkollha tirriżenja mill-kariga tagħha. 

    Dan wara li ġew ippubblikati rapporti li żewġha, l-eks-deputat Kummissarju Silvio Valletta, siefer man-negozjant Yorgen Fenech biex imorru jaraw logħba futbol. Fenech jinsab akkużat li hu l-mandant tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. 

    Barra minn hekk, jidher Fenech għandu xi filmati ta' Valletta fejn jidher qed isuq il-karozza Rolls Royce tal-istess Yorgen Fenech. 

    S'issa għadha ma ħarġet ebda stqarrija uffiċjali li tikkonferma dawn ir-rapporti. 

    Intant, fis-seduta tal-Parlament ta' dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela għamel stqarrija dwar dan il-każ. 

    Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Ministru Justyne Caruana tatu ittra tar-riżenja tagħha. Hu aċċetta din ir-riżenja, filwaqt li rringrazzjaha tal-ħidma tagħha, b’mod partikolari għal Għawdex. Irringrazzja wkoll tal-ħidma li għamlet ukoll mal-anzjani. 

    Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa jekk il-Prim Ministru Abela u l-Ministru Caruana kinux jafu b'dawn l-affarijiet. 

    Qal li hu stenna mqar viżjoni tal-pjan tal-Gvern dwar dak li jrid jikseb fil-leġiżlatura li għandna quddiemna. 

     

    L-ittra mibgħuta minn Justyne Caruana


    Fl-ittra li Dr Justyne Caruana bagħtet lill-Prim Ministru, hi saħqet li, “fid-dawl tal-istorja li ħarġet illum, għalkemm jien totalment estranja għaliha u għalkemm m’għandi l-ebda konnessjoni mal-fatti, qed nissottometti r-riżenja tiegħi minn Ministru b’mod immedjat.”

    Justyne Caruana sostniet li “dejjem qdejt fedelmemt u b’dedikazzjoni assoluta l-inkarigu fdat lili u dejjem imxejt b’rettezza u korettezza, u allura nitlob li nkun nista’ niddefendi ismi minħabba wliedi”.

    Il-Prim Ministru Robert Abela, fit-tweġiba tiegħu, irringrazzja lil Caruana għall-ħidma sfieqa tagħha, kemm bħala Ministru għal Għawdex, fejn fil-perjodu hu ovvju l-impatt pożittiv li ħalliet fuq il-gżira Għawdxija grazzi għall-ħidmietha, kemm għal ħidma li wettqet bħala Segretraju Parlamentari, kif ukoll bħala Membru Parlamentari, liema rwol se tkun qegħda żżommu. Il-Prim Ministru tenna li, permezz tal-ħidma ta’ Dr Caruana, kienu ħafna dawk il-familji u individwi li bbenfikaw frott id-deċiżjonijiet tagħha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0