Fearne jisħaq li r-riżorsi mogħtija għall-Parlament ma jintużawx biex jitħallsu pagi fid-Dar Ċentrali

  • Jan 20, 2020 10:23
  • Miktub minn iNews

    Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li s-sitwazzjoni preżenti qed turina li hemm bżonn li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jkunu indipendenti biex pajjiżna jkun serju f’dak kollu li jagħmel. 

    Qal li hu importanti li naħsbu fl-interess tal-pajjiż l-ewwel u qabel kollox. Qal li hu importanti li dak li seħħ fl-aħħar xhur u anke taħt amministrazzjonijiet preċedenti ma jerġgħux iseħħu. Għalhekk qal li hu importanti li tgħaddi l-mozzjoni tal-estimi finanzjarji biex il-Parlament dejjem ikun aktar awtonomu. 

    Fearne qal li hu jipprevedi li min-naħa tal-Partit Nazzjonalista se jitolbu xi wħud minn dawn ir-riżorsi biex jitħallsu l-pagi fid-Dar Ċentrali Nazzjonalista. Qal li hu ma jaqbilx li għandu jsir. 

    Qal li hu jemmen li l-Parlamentari għandu jkollhom ir-riżorsi biex jaħdmu u jagħmlu r-riċerka. Enfasizza li dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw esklussivament għax-xogħol tal-parlament u mhux biex jitħallas xi ħadd mill-partiti. 

    Saħaq ukoll li għandha ssir id-diskussjoni dwar jekk il-Membri Parlamentari għandhomx ikunu jagħmlu dan ix-xogħol fuq bażi fultajm.

    Talab ukoll biex tibda d-diskussjoni dwar il-finanzjament tal-partiti ħalli jkun evitat li xi ħadd ikollu jitlob il-flus mingħand xi ħadd li mbagħad jitlob li jieħu xi ħaġa lura. 

    Min-naħa tal-Oppożizzjoni, id-deputat David Agius talab li l-membri tal-Oppożizzjoni kollha jkollha r-riżorsi biex taħdem. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0