Titħabbar il-mewt ta’ Pietro Anastasi

  • Jan 20, 2020 11:00
  • Miktub minn iNews

    L-ex attakkant internazzjonali Taljan, Pietro Anastasi, miet nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Jannar, fl-etá ta’ 71 sena.

    Fil-karriera tiegħu huwa lagħab ma’ bosta timijiet fejn beda ma’ Varese li għalihom lagħab 66 logħba u skorja 17-il goal bejn l-1966 u l-1968.

    Imbagħad mill-1968 sal-1976 lagħab ma’ Juventus li għalihom lagħab 205 logħba u skorja 78 goals u wara għamel sentejn ma’ Inter fejn lagħab 46 darba u skorja seba’ goals.

    Mill-1978 sal-1981 kienu Varese li għamlu użu mis-servizzi tiegħu fejn lagħab 58 logħba u skorjalhom disa’ goals u finalment temm il-karriera ma’ Lugano tal-Isvizzera li fi staġun li għamel magħhom lagħab 14-il logħba u skorja 10 goals.

    Mal-Italja, Anastasi lagħab 25 darba u skorja tmien goals b’wieħed minnhom ikun fir-replay tal-finali tal-Kampjonat Ewropew 1968 fejn kienu għelbu lill-Jugoslavja 2-0 f’Ruma wara li l-ewwel logħba ntemmet 1-1.

    F’dawk li huma unuri huwa rebaħ l-Iscudetto tliet darbiet ma’ Juventus u l-Coppa Italia ma’ Inter.

    Fuq Twitter, Juventus kitbu: “PietroAnastasi ħalliena. Champion li ma jintnesiex, u wieħed mis-simboli tagħna fis-snin 70.”

    L-ex midfielder ta’ Juventus u l-Italja, Claudio Marchisio, qal: “Huwa kien ikona tal-football li m’għadux jeżisti iktar. Wieħed minn dak il-players li tħobbu wara li tisma’ lill-missierek jirrakkonta stejjer fuqu.”

    Anke Inter sellmu lill-ex attakkant tagħ­hom. “Inter jesprimu l-kondoljanzi tagħhom għall-mewt tiegħu. Il-ħsibijiet u l-imħabba tal-club u l-partitarji kollha tan-Nerazzurri jmorru lill-familja tiegħu.”

    Anastasi, li fl-1971 lagħab fit-tieni leg tal-ewwel round tat-Tazza UEFA kontra Marsa f’Turin (0-5) miet wara sentejn jikkumbatti l-marda tal-kanċer.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0