Byron Camilleri: David Agius qatt ma kien talab riżorsi għad-deputati kollha iżda għall-Kap tal-Oppożizzjoni biss

  • Jan 20, 2020 11:00
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru Byron Camilleri qal li l-Gvern immexxi minn Prim Ministru ġdid daħal b’entużjażmu biex ikompli jaħdem. 

    Qal li qiegħda ssir din id-diskussjoni għax fil-House Business Committee kien intalab mid-deputat Nazzjonalista David Agius biex jingħataw aktar flus lix-xufier tal-Kap tal-Oppożizzjoni. 

    Qal li fil-House Business Committee dan id-deputat ma qalx li għandhom jingħataw ir-riżorsi lil kulħadd. Camilleri qal li hu dejjem uża riżorsi minn tiegħu bħalma għamlu anke deputati oħra. 

    Tenna li l-argument ta’ David Agius kien biss biex tingħata l-għajnuna lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Qal li l-ewwel talbu flus għall-Kap, imbagħad għan-nies tiegħu u mbagħad talbu biex jitneħħew anke l-mezzi tal-komunikazzjoni tal-partiti għax huma fallew huma. 

    Byron Camilleri qal li l-Partit Laburista dam ħafna fl-Oppożizzjoni iżda dejjem ħa ħsieb li jmexxi l-istazzjon tiegħu kif suppost. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0