AĠĠORNAT: Raġel arrestat b’rabta ma’ diversi serqiet... kien jheddidhom b'kaxxa u jgħidilhom li bomba

  • Jan 20, 2020 11:58
  • Miktub minn iNews

    Allister Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’xejn inqas minn 27 akkuża, fosthom li wettaq sitt hold ups bejn is-7 u s-16 ta’ Jannar li għadda minn ħwienet u lukandi differenti.

    Il-hold-ups saru: tnejn f’Ħal Qormi, tnejn f’Tas-Sliema, wieħed fil-Gżira u ieħor fl-Iklin. Camilleri ġie mixli wkoll li żamm numru ta’ persuni kontra l-volontà tagħhom, li ġarr sikkina mingħajr liċenzja, għamel użu minn vettura b’numru ta’ reġistrazzjoni foloz, li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati u li sar reċediv.

    Il-Pulizija rnexxielhom jaslu għalih wara sigħat twal ta’ investigazzjoni. Huwa mifhum li l-imputat kien jhedded lill-vittmi billi jpoġġi kaxxa tal-kartun fuq il-bank, iwissihom li hi bomba u jheddidhom li f’każ li ma jagħtuhx il-flus jisplodiha.

    Fil-Qorti huwa wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda baqa’ jinżamm arrestat wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arest tiegħu.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit, Kylie Borg u Colin Sheldon. L-imputat kien assistit mill-Avukat Benjamin Valenzia.

     

     
    AKTAR KMIENI: Fl-aħħar sigħat, il-Pulizija mill-Iskwadra kontra r-Reati Vjolenti arrestat raġel li allegatament seraq minn diversi ħwienet. 

    Ir-raġel ta’ 39 sena mill-Marsa ġie arrestat fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd. Hu se jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tan-12.30 p.m. quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. 

    L-akkużat se jiffaċċja 20 akkuża, fosthom dwar sitt hold ups li saru f’Ħal Qormi, Tas-Sliema, fil-Gżira u fl-Iklin. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0