Titkellem il-midja soċjali: ''Issa, Adrian Delia se jkun qed ineħħi lil Kristy Debono u Herman Schiavone wara li ltaqgħu ma’ Yorgen Fenech?’’

  • Jan 20, 2020 17:35
  • Miktub minn iNews

    Illum tħabbret ir-riżenja tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana. Dan seħħ wara li żewġha, l-eks-Assistent Kummissarju, Silvio Valletta, ammetta li siefer ma’ Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

    Il-Prim Ministru Robert Abela, ħabbar r-riżenja dalgħodu fl-ewwel seduta parlamentari tiegħu fil-kariga ta’ Prim Ministru. Kienu ħafna għaqdiet mhux governattivi, fosthom il-Kamra tal-Kummerċ li faħħru l-aġir tal-Prim Ministru Abela. Fi kliemhom, il-Prim Ministru wera, b’mod immedjat “tolleranza zero” għan-nuqqas ta’ etika.

    Fuq il-midja soċjali spikkaw ukoll messaġġi li rrikonoxxew dan il-pass tal-Prim Ministru Abela. Oħrajn dawwru l-kanuni lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u filwaqt li kkritikaawh, stiednuh biex hu wkoll jagħmel bħall-Prim Ministru u jaġixxi fil-konfront tad-Deputati Kristy Debono u Herman Schiavone. Matul l-2019, sar magħruf li iż-żewġ Deputati ltaqgħu man-negozjant u sid il-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech bil-għan li jingħataw għajnuna finanzjarja għal konferenza li kienet se tkun oganizzata.

    Fil-fatt ħafna qegħdin jistaqsu, “issa li l-Prim Ministru aġixxa mal-ewwel, Adrian Delia se jaġixxi fil-konfront tad-Deputati Kristy Debono u Herman Schiavone.”

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook