Nhar il-Ħadd kulħadd mistieden biex iżur Borg in-Nadur... Id-dħul se jkun bla ħlas

  • Jan 20, 2020 18:10
  • Miktub minn iNews

    Nhar il-Ħadd, 26 ta’ Jannar, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex iżur is-sit preistoriku ta’ Borġ in-Nadur li jinsab Birżebbuġa. Id-dħul se jkun bla ħlas.

    Il-pajsaġġ ta’ Birżebbuġa minn dejjem kien ta’ interess għall-arkeologi, l-aktar minħabba l-preżenza sostanzjali ta’ fdalijiet u siti arkeoloġiċi, fosthom Għar Dalam u l-villa Rumana magħrufa bħala Ta’ Kaċċatura.
    Is-sit ta’ Borġ in-Nadur jinsab madwar 500 metru bogħod minn Għar Dalam. Il-pożizzjoni tiegħu hija strateġika peress li jinsab fl-għoli jħares fuq il-bajja ta’ San Ġorġ, jifred żewġ widien. Is-sit kien jintuża kemm fil-Perjodu tat-Tempji tardiv (3,150 – 2,500 QK) u kif ukoll fi Żmien il-Bronż (2,400 – 700 QK).
    L-iskavi arkeoloġiċi li saru fis-sit fl-għoxrinijiet mill-arkeologa Margaret Murray sarrfu f’informazzjoni sinifikanti li tefgħet aktar dawl fuq id-differenza li hemm bejn il-Perjodu tat-Tempji u Żmien il-Bronż.

    Il-pubbliku se jkun jista’ jiskopri aktar tagħrif dwar dan is-sit waqt żjarat bi gwida li se jsiru matul il-ġurnata. Fl-10.00am u fis-2.00pm, se jkun hemm żjara bi gwida bil-Malti, filwaqt li f’nofsinhar u fl-4.00pm se jsiru bl-Ingliż. Sa massimu ta’ 25 persuna jistgħu jipparteċipaw f’kull żjara.

    Ħin: mid-9.00am sal- 5.00pm. Għal aktar informazzjoni, żur www.heritagemalta.org.

    Ritratti - Heritage Malta - Steve Psaila

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0