“Irrid Kummissarju tal-Pulizija serju, li jitħalla jagħmel ix-xogħol b’mod awtonomu” … L-għażla miftuħa għal sejħa pubblika

  • Jan 21, 2020 17:57
  • Miktub minn iNews

    “Irrid kummissarju tal-pulizija serju, li jitħalla jagħmel ix-xogħol b’mod awtonomu.” Hekk qal il-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar il-metodu ġdid li permezz tiegħu se jkun qed jinħatar Kummissarju ġdid tal-Pulizija.

    Il-Prim Ministru tenna li l-metodu se jkun qed jirrifletti trasparenza, u li jirrifletti wkoll iż-żminijiet tal-lum.

    Il-Prim Ministru tenna li l-proċess jitlaq mill-prinċipju bażiku stabbilit mill-Kummissjoni ta’ Venezja, jiġifieri dik li l-għażla tkun miftuħa għal sejħa pubblika. Is-sejħa pubblika se tkun qed tinħareġ mill-Public Service Commission, li hija kummissjoni kostituzzjonali.

    L-applikazzjonijiet jiġu evalwati minn din il-Kummissjoni, u eventwalment jiġu shortlisted żewġ kandidati, li fil-fehma tal-Kummissjoni jkunu l-aktar kongruwi biex jokkupaw il-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija.

    Minn hemm il-proċess jimxi f’idejn il-Prim Ministru biex ikun jista’ jagħmel l-għażla tiegħu.

    Il-Prim Ministru Abela żied jgħid li minkejja li l-Kummissjoni ta’ Venezja tagħti d-dritt tal-veto lill-Prim Ministru biex ikun jista’ jikkuntrasta l-għażliet tal-kummissjoni, huwa qal li lest li jċedi dan id-dritt.

    L-għażla tal-Prim Ministru sussegwentement timxi quddiem il-Public Appointments Committe li jkun jista’ jagħmel il-grilling tal-kandidat magħżul, bl-Oppożizzjoni wkoll ikollha ċans li tagħmel il-mistoqsijiet li jidhrilha li huma xierqa.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook