Koppja mixlija li tat in-nar lil Mercedes fil-Belt Valletta

  • Jan 21, 2020 19:00
  • Miktub minn iNews

    Il-Pulizija ressqet koppja u xlietha bl-għoti tan-nar lil Mercedes fil-Belt Valletta biex issa telgħu għal tlieta l-persuni akkużati dwar dan ir-reat.

    Omar Joseph Trabelsi ta' 31 sena u Judith Bakoush ta' 29 sena kienu mixlijin li fil-lejl ta' bejn l-10 u l-11 ta' Novembru li għadda taw in-nar lill-imsemmija vettura li wassal għall-ħruq ta' oħra.

    Bakoush waħedha kienet mixlija li tat l-ordni u li ħeġġet oħrajn iwettqu r-reat kif ukoll li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u tal-liberta kundizzjonata li ngħatat f'każ ieħor. 

    Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace t-tnejn li huma wieġbu li ma kinux ħatja madankollu baqgħu miżmumin taħt arrest.

    Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Jeffrey Scicluna waqt li l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jidhru għal Bakoush u l-Avukat Yanika Zammit Tabona għal Trabelsi.

    Dwar dan il-każ kien diġà tressaq Ateri Ahmed Alfurjani, Libjan ta' 45 sena, li wkoll qed iwieġeb mhux ħati u għadu miżmum taħt arrest.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook