€4,658 multa għal sewwieq li baqa' dieħel f'karozzin

  • Jan 21, 2020 20:10
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta' 30 sena li jgħix Birkirkara kien immultat €4,658 wara li nstab ħati li bil-karozza tiegħu baqa' dieħel f'karozza u weġġa' lill-kuċċier wara li dan waqa' minn fuqu.

    L-inċident kien seħħ fit-22 ta' April 2011 fi Triq ix-Xatt f'Tal-Pieta u kien jinvolvi karozza tal-għamla Kia Picanto misjuqa minn James Debono u l-karozzin misjuq minn George Ronayne.

    Il-Pulizija investigat il-każ u permezz tal-Ispettur Jesmond Micallef ressqet lil Debono fil-Qorti fejn akkużati li bi traskuraġni ikkaġuna ġrieħi gravi fuq Ronayne.

    Fix-xiehda tiegħu l-vittma qal li dakinhar kienet il-Ġimgħa l-Kbira u kien sejjer fi triqtu lejn l-Imsida meta sema brejk. Huwa jiftakar li meta fetaħ għajnejh sab ruħu l-isptar fejn dam sebat ijiem minħabba li kellu ksur f'imnieħru. Huwa ma baqax aktar jaħdem bil-karozzin u sar xufier tat-taxi.

    Xhud li tressqet kienet Cassandra Falzon li dak il-ħin kienet qed issuq wara l-akkużat. Hija qalet li kienet taħdem ma' Debono u kienu sejrin lura d-dar meta rat karozza bajda taqla minn quddiem dik tal-kollega u dan tal-aħħar sab il-karozzin ma' wiċċu.

    Minbarra dawn ix-xhieda, il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace qieset ukoll ir-rapport tal-esperti fejn, fost oħrajn, jissemma kif il-Kia Picanto kienet qed tinstaq b'mod perikoluż u bid-79 kilometru fis-siegħa.

    Kien għalhekk li waqt li ikkonkludiet li Debono ma żammx l-attenzjoni meħtieġa u kien qiegħed isuq b'veloċita eċċessiva u għalhekk ma laħaqx ikkontrolla l-vettura, hija sabitu ħati u immultatu għall-aġir tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0