Tmut is-sitt persuna kawża tal-virus misterjuż fiċ-Ċina

  • Jan 22, 2020 08:17
  • Miktub minn iNews

    In-numru ta’ persuni li mietu kawża tal-virus li qiegħed jolqot liċ-Ċina issa tela’ għal sitta. Apparti hekk matul il-ġurnata tal-bieraħ l-awtoritajiet tal-pajjiż irrapportaw żieda sostanzjali fil-każijiet ġodda. Dan qiegħed inissel biża’ hekk kif mijiet ta’ miljuni ta’ persuni mistennija li jkunu qegħdin jivvjaġġaw l-pajjiż għall-vaganzi tas-Sena l-ġdida Lunari. It-tħassib hu li dan jista’ jkompli jxerred iktar dan il- virus. 

    L-uffiċjali kkonfermaw li l-virus ġdid u misterjuż għandu l-kapaċità li jinfirex minn persuna għal oħra u tennew li kien hemm 15-il membru tal-istaff mediku li ġew infettati. Kawża ta’ hekk qiegħda tikber il-biża’ li tista’ tinħoloq pandemija u għalhekk l-ajruporti madwar id-dinja qegħdin iżidu l-monitoraġġ fuq persuni li jkunu ġejjin miċ-Ċina. 

    L-aħħar żviluppi tat-tifqigħa, li bdiet l-belt ċentrali ta’ Wuhan, heżżet lis-suq finanzjarju. Fid-dawl ta’ dan, l-Għaqda Dinja għas-Saħħa talbet biex ikun hemm laqgħa ħalli jiġi kkunsidrat jekk jiġix iddikjarat stat ta’ emerġenza s-saħħa. 

    Il-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa (NHC) qalet li sa nhar it-Tnejn in-numru ta’ każi kkonfermati kien ta’ 291, iżda matul il-ġurnata tat-Tlieta l-uffiċjali ta’ għadd ta’ provinċji madwar iċ-Ċina taw ċifri iktar aġġornati li wrew li hemm iktar każijiet. Il-gvernatur ta’ Wuhan, li hija l-kapitali tal- provinċja Hubei, ikkonferma li l-belt hemm konferma ta’ 258 każ u min- nhom sitt persuni tilfu ħajjithom. NHC qalet li kien hemm 14-il każ ieħor irrapportati l-provinċja ta’ Guangdong li tinsab fin-Nofsinhar tal-pajjiż, ħames każijiet l-kapitali Beijing u żewġ każijiet f’Shanghai.

    Dawn sa nhar it-Tnejn li għadda. Iżda matul il-ġurnata tal-bieraħ kien ikkonfermat li l-virus kompla jinfirex f’iktar partijiet tal- pajjiż fejn l-provinċja tal-Lvant, Zhejiang, kienu rrapportati ħames każijiet u żewġ każijiet oħrajn kienu rrapportati f’Tianjin li tinsab fit-Tramuntana tal-pajjiż. 

    Dan kollu qiegħed ifakkar lil ħafna persuni l-memorji koroh li kien ġab miegħu l-virus magħruf bħala Severe Acute Respiratory Syndrome (SARS), virus ieħor coronavirus li kien wassal għall-mewt ta’ 800 persuna f’pandemija globali. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0