“Tfal bi bżonnijiet speċjali għandhom post speċjali f’qalbi” … Ġurnata bla ħlas għas-super eroj fl-Arka ta’ Noe

  • Jan 22, 2020 10:42
  • Miktub minn iNews

    “Ommi dejjem għallmitni biex naqsam ma’ ħaddieħor minn dak li rnexxieli nibni matul is-snin.” Hekk beda biex jgħid magħna s-sid tal-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi wara li kkuntattjajnieh biex jispjegalna x’se jkun qiegħed jiġri fil-post tiegħu fl-ewwel ta’ Frar.

    Anton qal ma’ inewsmalta li ħafna tfal b’diżabbilità jżuru l-post u l-kuntentizza fuq wiċċhom tagħtih sodisfazzjon li ma jitħallas bl-ebda prezz materjali. Huwa spjegalna li hu minn dejjem kellu mħabba speċjali għal dawn il-persuni b’mod speċjali l-ħlewwa ta’ tfal li jżuruh. 

    Kien għalhekk li fl-ewwel ta’ Frar iddeċieda li qalb il-ġranet impenjattivi tiegħu, jiddedika ġurnata speċjali bl-isem ta’ ‘The Super Hero Day’.

    Huwa u t-tim tiegħu qiegħed iħeġġeġ lill-ġenituri ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali biex jattendu bla ħlas u fost l-attivitajiet organizzati se jkun hemm face painting u esibizzjonijiet ta’ annimali mill-isbaħ.

    Huwa temm jitlob ħaġa waħda biss lil dawk li se jattendu biex jekk hu possibbli jlibbsu lil uliedhom kostumi ta’ dawn is-super eroj biex tinħoloq atmosfera mill-isbaħ u tkun ġurnata indimentikabbli għal dawn it-tfal.

    Għal aktar dettalji żuru l-paġna: https://www.facebook.com/larkatanoe/

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0