Waterpolo: Kampjonat Ewropew: Malta ttemm fl-aħħar post

  • Jan 22, 2020 13:25
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Malta............................. 9

    Olanda......................... 19

    (2-5, 2-5, 2-4, 3-5)

    Bħalma ġara fl-edizzjoni ta’ sentejn ilu f’Barcelona fi Spanja, Malta tilfet il-finali tal-15-il post, meta sfat megħluba mill-Olanda bl-iskor kbir ta’ 19-9, biex temmet fl-aħħar post tal-Kampjonat Ewropew, li qed isir f’Budapest, fl-Ungerija.

    Dan ir-riżultat jista’ jitqies bħala wieħed ferm di­żappuntanti għat-team naz­­­­zjonali minħabba  li l-obbjettiv kien li negħlbu lit-Turkija u nilagħbu fil-klassifikazzjoni ta’ bejn id-disa’ u t-12-il post.

    Fil-logħba kontra l-Olanda, reġa’ spikka ferm il-ca­ptian Stevie Camilleri li rreġistra ħames goals.

    Ta’ nota huwa l-fatt li l-goalkeeper titolari Nicky Grixti lagħab biss l-ewwel sessjoni, hekk kif fil-bidu tat-tieni waħda, ġie mibdul mill-goalkeeper ta’ riserva Alan Borg Cole, li lagħab il-kumplament tal-partita u fuq kollox kellu logħba taj­ba hekk kif irnexxielu jsalva wkoll pe­nalty.

    Barra minn hekk, Jerome Gabarretta kien inkluż fl-aħħar sessjoni wara li fis-sigħat ta’ qabel kien ftit ma jiflaħx.

    Din kienet l-ewwel darba li Malta u l-Olanda lagħbu kontra xulxin f’partita valida mill-Kampjonati Ewropej.

    Dan għalkemm huma kie­nu affrontaw lil xulxin f’diversi logħbiet ta’ kwalifikazzjoni fosthom l-aħħar darba f’Utrecht, fl-Olanda,  eżattament ħames snin ilu, fis-27 ta’ Frar tal-2015 meta l-Olandiżi kienu trijonfaw bl-iskor ta’ 19-11.

    L-Olandiżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari hekk kif rebħu l-ewwel ses­sjoni bl-iskor ta’ 5-2 bil-goals ghalihom jaslu minn hat-trick personali ta’ Jesse Koopman, Lars Gottemaker u penalty ta’ Robin Lindhout.

    Malta wettqet reazzjoni u skorjat żewġ goals minn żewġ sitwazzjonijiet ta’ man-up minn Stevie Camil­leri u Matthew Zammit.

    L-avversarji tagħna ttrijonfaw ukoll fit-tieni sessjoni bl-istess punteġġ,  jiġifieri, dak ta’ 5-2, bl-iskorers ikunu Lars Gottemaker li rreġistra poker personali, bi tlieta minn dawn l-erba’ goals jaslu minn kontrattakki veloci. Il-goal l-ieħor għall-Olandiżi wasal minn Guus van Ijperen.

    Min-naħa l-oħra, għal pajjiżna wieġeb Stevie Ca­milleri permezz ta’ doppjetta personali, bl-ewwel goal tiegħu jasal minn man-up u t-tieni wieħed minn distanza ta’ sitt metri.

    Mal-ħin kompla d-domin­ju assolut mill-Olandiżi u rebħu wkoll it-tielet sessjoni, din id-darba bl-iskor ta’ 4-2, bl-awturi tal-goals ikunu Guus van Ijperen u San van der Burg minn man-up, Robin Lindhout minn kontrattakk veloċi, u Guus van Ijperen b’goal mill-isbaħ mis-centre.

    Min-naħa l-oħra, Ben Plumpton  b’xutt mid-distanza u Matthew Zammit b’back-hand stupend, niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers għal pajjiżna.

    L-Olanda rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-3 bil-protagonisti jkunu Robin Lindhout, Jesse Nis­pelling (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn lob delizzjuż u t-tieni wieħed minn distanza ta’ sitt metri, Guus van Ijperen minn az­zjoni ta’ kontrattakk, u Jesse Koopman.

    It-tliet goals tal-Maltin ġew skorjati minn Stevie Camilleri (2) u Ben Plumpton ... biex prattikament it-team Malti għalaq dan l-impenn b’ħames telfiet minn daqstant logħbiet ... diżappunt kbir.

    Malta: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta, 3-Andreas Galea, 4-Gabriel Pace, 5-Darren Zammit, 6-Matthew Zammit (2), 7-Stevie Camilleri (5), 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela, 10-Aurelien Cousin, 11-Ben Plumpton (2), 12-Dino Zammit, 13-Alan Borg Cole

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0