“Mhux se nistennew in-negozju jiġi għandna, se mmorru aħna għand in-negozju” - Il-Prim Ministru

  • Jan 22, 2020 14:20
  • Miktub minn iNews

    Waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza fil-Belt, aktar kmieni l-Prim Ministru Robert Abela qal li wiegħda kienet li jkun hawn Gvern viċin in-nies u li dan il-gvern qed iżomm din il-wiegħda. Fejn tikkonċerna l-komunità tan-negozju mhux se jkun hemm stennija biex in-negozju jiġi għand il-gvern imma se jkun dan l-istess gvern li jmur għand in-negozju. Qal ukoll li l-esperjenza tal lum turi kemm il-Gvern huwa pro market. 

    Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Silvio Schembri stqarr li llum qegħdin hawn biex nagħtu messaġġ ċar ta' kontinwità. Qal li dan il-pajjiż għamel passi kbar 'il quddiem fejn l-ekonomija kienet sejra tajjeb u se tibqa sejra tajjeb. Qal li mill-ewwel imbarka fuq ħidma biex naraw li n-negozji jkunu aktar miftuħa.

    Is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit qal li l-Belt kapitali tagħna hi belt residenzjali, storika kulturali u belt kummercjali. Tul dawn l-aħħar snin il-Gvern ħadem biex il-belt tieħu r-ruħ. Ir-ristoranti fil-Belt ħadu spinta 'l quddiem pero' rridu nsaħħu r-retail shops. Qed naħdmu biex darba f'ġimgħa, nhar ta' Ġimgħa fil-belt ikollna late night shopping mill-10 a.m. sal-10 p.m. Qal li l ħaddiema għandhom jarawha bħala opportunita.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0