L-ajruport jimxi ma' linji gwida dwar il-Coronavirus

  • Jan 22, 2020 16:08
  • Miktub minn iNews

    L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta lest jimxi mal-linji gwida li jinħarġu mill-awtoritajiet tas-saħħa jekk dawn jiddeċiedu li jieħdu xi miżuri b'rabta mal-Coronavirus.

    Hekk sostniet ma' dan il-ġurnal kelliema għall-ajruport meta mistoqsija jekk hux se jieħdu passi dwar l-imsemmi virus li oriġina fiċ-Ċina u s'issa qatel mill-inqas disa' Ċiniżi waqt li nfetta madwar 500.

    Fost il-pajjiżi li ntlaqtu mill-virus hemm ukoll Tajwan, it-Tajlandja, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel u issa anke l-Istati Uniti fejn ċittadin Amerikan laqqat il-virus wara li żar iċ-Ċina.

    It-tixrid tal-virus wassal biex diversi ajruporti qed jagħmlu testijiet fuq persuni li jkunu għadhom kemm ġejjin miċ-Ċina biex jassiguraw li dan ma jinxteridx f'pajjiżhom.

    Fost dawn hemm ajruporti fl-Ewropa li qed jużaw 'scanners' varji, inkluż dawk miżmumin fl-idejn, biex jaraw jekk fil-persuni hemm traċċi ta' deni li jindika li jista' jkollhom il-virus.

    Fir-rigward ta' pajjiżna l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta qalilna li f'każijiet bħal dawn huwa jimxi mal-linji gwida maħruġa mill-Awtorita dwar is-Saħħa Pubblika u għalhekk sostna li l-aħjar nikkuntattjaw lilhom. 

    Dan il-ġurnal hekk għamel imma l-awtoritajiet tas-saħħa kienu għadhom ma bagħtulna ebda reazjoni.

    Ix-xjenzati jemmnu li s-sors tal-virus huwa laħam ta' annimali slavaġ li nbiegħ illegalment.

    Il-virus jista' jiġi trasmess minn bniedem għal bniedem bin-nifs, għalkemm kien innutat li iktar diffiċli li jgħaddi fit-tfal, u ġie innutat li faċilment jinxtered fil-kommunità.

     

    Ritratt: Rueters

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0