“Inkompli niġġieled … mit-tliet qassisin wieħed biss għadu ħaj” - Lawrence Grech

  • Jan 22, 2020 18:11
  • Miktub minn Victor Vella

    Lawrence Grech, wieħed mill-11-il persuna li fetħu kawża wara li kienu allegaw li ġew abbużati minn tliett saċerdoti, irnexxielu jiġbor il-fondi li kellu bżonn biex ikompli bil-każ tiegħu fil-Qorti. Fi kliemu stess irċieva għajnuna kbira minn nies tant li li kieku ħa l-għajnuna kollha kien se jiġbor aktar mid-doppju ta’ dak li kellu bżonn. Hu aċċetta biss €2,000 l-ammont biex ikun jista’ jkompli bil-proċerduri legali kontra l-Knisja Maltija fil-Qorti tal-Appell. Grech qed ikompli għaddej bil-ġlieda kważi waħdu, peress li dawk li kienu abbużati miegħu, qed jgħixu f’ċirkostanzi diffiċli. Lawrence Grech irrimarka ma’ inewsmalta li huma ilhom għaddejjin b’din il-ġlieda għal 16-il sena, fejn issa qed issir dejjem aktar diffiċli u dan għax iż-żmien dejjem għaddej. Wieħed mill-qassisin li nstabu ħatja fil-fatt miet ftit  ilu ukoll u dan ukoll jagħmel is-sitwazzjoni aktar diffiċli peress li mit-tlett qassisin akkużati fadal biss wieħed ħaj. F’kummenti lil dan is-sit, Lawrence Grech, qalilna “għadna imwaħħlin. Aktar ma jgħaddi aktar iddum ma ssir ġustizzja.”

    Ta’ min jgħid li Fr Carmelo Pulis u Fr Godwin Scerri, kienu nstabu ħajta li wettqu l-abbużi bejn l-1986 u l-2003. Kienu laħqu għaddew numru ta’ snin minn meta wħud mill-vittmi ppreżentaw l-ittra uffiċjali, u kien dan li wassal lill-Imħallef jikkonkludi li l-każ fil-konfront tal-Knisja u l-MSSP kien preskritt. Grech ftit ġimgħat ilu biss ġie infurmat li kellhom jitilgħu l-qorti għall-appell u ġie mitlub iħallas €2,000 f’dawk li ġew deskritti bħala proċedura tal-qorti. “Jien għamilt wiċċi biex nitkellem għax sħabi l-oħra kienu mkissrin, bla vuċi, bla saħħa u ħafna minnhom bi problemi mentali. Min qiegħed f’manikomju, min spiċċa fid-drogi, hawn min lanqas għandu fejn joqgħod. Allura se mmur jien nitlob sehemhom?” staqsa Grech. Grech kien iddikjara li kien li lest iħallas il-parti tiegħu jew ftit aktar imma nnota li dawn il-flus suppost qegħdin maqsuma bejn il-persuni l-oħra li kienu vittmi ta’ abbuż sesswali mill-patrijiet ta’ Malta. Filwaqt li qal li lest iħallas parti, huwa qal imma, “mhux tara l-bużullotti kollha, tiġi diferita u ż-żmien għaddej. Mela ż-żgħir jista’ jħallas dawn il-flejjes? Ma nħossx li l-flus għandi noħroġhom kollha jien.

    Hu għalhekk kien  appella lil min jista’ jagħti ftit għajnuna finanzjarja biex jagħmel dan.”Irid jingħad li l-Isqof Emeritus Pawl Cremona kien għamel apoloġija u beda l-proċess iżda twaqqaf kollox meta nbidel l-isqof. Kien l-Arċisqof Pawl Cremona li ltaqa’ mal-vittmi u hu kien iddikjara li “tlabt maħfra f’isem il-Knisja għat-tbatijiet li għaddew minnhom dawn iż-żgħażagħ kif ukoll għad-dewmin min-naħa tar-Response Team tal-Knisja.” Grech jiddikjara li “morna l-Kurja, qalulna issa jekk tridu aktar minn hekk morru l-qorti. Mhux problema, morna l-qorti. Issa xi ftit minn sħabi ma jaħdmux jew bil-paga minima, iżda minn hawn u minn hemm Alla pprovda u bdejt nidher jien. Bdejt nitlef il-ħin, ix-xogħol u bdejt nidher ikrah sa ċertu punt. Bdejna mixjin il-qorti u ndunajna li hemm xi ħaġa ħażina. Aħna ridna li l-qorti tinstema’ bil-bibien miftuħa ħalli l-poplu hemm barra jkun jaf x’inhu jiġri imma wara li l-avukati tal-Knisja qalu le, l-Imħallef iddeċieda jagħlaq il-bibien."

    Grech  enfasizza li “l-Knisja qiegħda tgħid li mhix responsabbli. Aħna qegħdin ngħidu li għalkemm hija preskritta, meta inti tkun preskritta u tagħmel apoloġija, il-każ irid jinfetaħ mill-bidu. Kif tista’ tgħid li m’intix responsabbli u tagħmel apoloġija?”, staqsa Grech. Grech qalilna li “l-appell tiegħi lill-awtoritajiet tal-Knisja hu li jiftħu l-bibien għax intilfu ħafna nies”.


    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0