Il-Kap taċ-Ċivil ilu jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà sa mill-2001

  • Jan 22, 2020 20:25
  • Miktub minn iNews

    L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni għamel referenza għar-rapporti fil-mezzi tax-xandir dwar dak li ntqal dalgħodu fis-smigħ tal-inkjesta pubblika ta' Daphne Caruana Galizia.

    Fl-istqarrija ntqal li l-Kap taċ-Ċivil u s-Segretarju tal-Kabinett ilu jservi bħala Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà sa mis-sena 2001 fuq nomina u approvazzjoni tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Eddie Fenech Adami.

    Is-Segretarju Permanenti qal li mill-2001 sal-2013, il-Kapijiet taċ-Ċivili Jr Grima u Dr Godwin Grima kienu jservu bħala Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà.

    L-istqarrija żiedet tgħid li mill-2013 ‘l hawn, il-Kap taċ-Ċivil preżenti Mario Cutajar assuma l-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurta u f’kull seduta li attenda għaliha dejjem kien preżenti l-Kap tal-Oppożizzjoni.

    Fl-istqarrija hemm ukoll mehmuż l-approvazzjoni tal-eks Prim Ministru li fl-2001 approva li s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li allura kien il-Kap taċ-Ċivil, ikun is-Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà.

    Tenna li minn dakinhar ‘il hawn il-Kap taċ-Ċivil dejjem serva bħala Segretarju tal-istess Kumitat tas-Sigurtà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0