Strajk minn 250 miljun ħaddiema... L-Indja tqum fuq saqajha kontra tmexxija rigressiva u anti demokratika

  • Jan 24, 2020 19:00
  • Miktub minn iNews

    Unjins ewlenin affiljati mal-IUF fl-Indja mexxew protesti b’miljuni ta’ ħaddiema fis-settur agrarju, studenti u żgħażagħ fi strajk nazzjonali kontra l-politika tal-gvern ta’ Narendra Modi, li hija meqjusa bħala waħda rigressiva soċjalment, anti demokratika, kif ukoll kontra ż-żieda fl-impjiegi. Huwa stmat li f’dawn il-protesti ħarġu madwar 250 miljun ħaddiema fit-toroq biex juru l-għadab tagħhom dwar is-sitwazzjoni prekarja li jinsab bħalissa fiha dan il-pajjiż.

    Il-poplu Indjan għandu problema kbira ta’ persuni bla xogħol, kif ukoll ta’ faqar. Il-gvern preżenti għamel diversi liġijiet b’riformi li jxejnu ż-żieda fl-impjiegi lokali, mentri min-naħa l-oħra żied il-privatizzazzjoni tal-assi pubbliċi.

    Il-unjins qegħdin jitolbu fost l-oħrajn, li jittieħdu miżuri biex tiżdied il-paga minima nazzjonali, tingħata pensjoni ta’ kull xahar, li jieqfu l-attakki fuq liġijiet li jipproteġu lill-ħaddiema, ir-ratifikazzjoni tal-Konvenzjonijiet 87 u 98 tal-ILO dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u li jkun hemm garanziji ta’ żieda fl-impjiegi. Barra minnhekk ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jsostnu li għandu immedjatament jieqaf il-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-assi lokali u li jkun hemm żieda fl-investiment pubbliku.

    Fil-messaġġ tagħhom l-istess unjins ikkundannaw il-vjolenza li sofrew iċ-ċittadini mal-Indja kollha fil-protesti li għamlu kontra l-gvern li qiegħed jiddiskrimina l-poplu u jimbotta politika komunista.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook