Progress tajjeb fis-sit ta’ housing soċjali f’Birkirkara: se jissarraf fi 73 appartament

  • Jan 24, 2020 19:35
  • Miktub minn iNews

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet fis-sit tal-housing soċjali f’Birkirkara, il-Ministru Roderick Galdes qal li jinsab sodisfatt bil-progress tas-sit, li jikkonsisti f’2,620 metru kwadu u li se jissarraf f’73 appartament għall-użu ta’ housing soċjali.

    Il-ministru ħabbar li x-xogħol miexi b’ritmu mgħaġġel, filwaqt li l-bini tal-ewwel blokka jinsab fi stadju avvanzat tant li beda tiela’ t-tielet sular. Ix-xogħol tal-ġebla qed javvanza wkoll fuq tliet blokok oħra, tant li beda tiela’ t-tieni sular. Parallel max-xogħlijiet, għaddejja ħidma fil-livell tal-garaxxijiet f’żewġ blokok oħra. Il-ministru żied li l-units kollha se jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilità, kif approvat mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.

    “Jien irrid gvern li, irrispettivament jekk hux illum, għada jew pitgħada, meta familja tiġi tħabbat il-bieb għax daharha mal-ħajt u mingħajr saqaf fuq rasha, l-Istat ikun f’pożizzjoni li jgħinha. Ħerqan biex nara proġetti jitlestew ħalli nkunu nistgħu ngħinu ħafna aktar familji”, qal il-Ministru Galdes.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay żied li, “Daqs kemm hu importanti li nkomplu niffaċilitaw li aktar familji jsiru sidien ta’ djarhom u li l-Istat jassigura li s-suq tal-kirjiet privati jkun alternattiva għall-familji tagħna, daqstant ieħor hu importanti li jipprovdi akkomodazzjoni soċjali. Hu ta’ sodisfazzjon li l-pedamenti ta’ dawn il-units ta’ housing soċjali mhumiex marbuta mal-kostruzzjoni iżda huma r-riżultati tal-profiling – riċerka li permezz tagħha se nindirizzaw il-bżonnijiet u l-isfidi ta’ dawn il-familji”.

    Il-Ministru Roderick Galdes kompla billi fakkar li dan il-gvern ikkommetta ruħu għall-akbar investiment fil-bini ta’ housing soċjali fl-aħħar 40 sena, hekk kif bħalissa għaddejja ħidma biex jitilgħu 1,700 unit ġdid b’investiment ta’ aktar minn 100 miljun ewro.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0