FIFPRO jiċħdu li offrew post lill-ex president tal-UEFA

  • Jan 25, 2020 00:46
  • Miktub minn iNews

    L-unjoni globali tal-players, FIFPRO, ċaħdet li offriet xi post lill-ex president tal-UEFA, Michel Platini, li s-sospensjoni tiegħu ta’ erba’ snin mill-football għall-ksur tal-etiċi, intemmet f’Ottubru.

    “Fid-dawl tar-rapporti fil-media li semmew lil Michel Platini biex jingħata post mal-organizzazzjoni tagħna, il-FIFPRO tixtieq tagħmilha ċara li ma ġietx diskussa din il-pożizzjoni u iktar u iktar li sar qbil mill-bord tal-FIFPRO,” qalet l-unjoni fi stqarrija l-bieraħ.

    Platini ġie sospiż mill-football għal tmien snin fl-2015 flimkien mal-president tal-FIFA, Sepp Blatter. Iż-żewġ irġiel ċaħdu li għamlu xi ħaġa ħażina.

    Is-sospensjoni kienet fuq ħlas ta’ £1.5 miljuni li sar lill-Franċiż mill-FIFA fl-2011 bl-approvazzjoni ta’ Blatter għal xogħol li għamel diċenju qabel. Il-kumitat tal-etiċi tal-FIFA qal li l-ħlas, li sar fiż-żmien li Blatter kien qed ifittex li jiġi ri-elett, kien nieqes mit-trasparenza u ppreżenta kunflitti ta’ interess.

    Is-sospensjoni ta’ Platini kienet tnaqqset għal erba’ snin wara appell  mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport u Blatter tnaqqsitlu għal sitt snin mill-kumitat tal-appelli tal-FIFA.

    Platini, li huwa ex-captain ta’ Franza li kien wieħed mill-aqwa players tal-ġenerazzjoni tiegħu, qal f’bosta intervisti s-sena l-oħra li huwa jrid rwol ġdid fil-football.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0