“Bżonn mekkaniżmu li jiskatta f’każ ta’ ħsarat lill-ġirien”

  • Jan 25, 2020 08:10
  • Miktub minn Claudio Coleiro

    Il-Prim Ministru Robert Abela jitkellem dwar każi fejn residenti sofrew danni b’riżultat ta’ ħsarat li ġew ikkaġunati fil-binjiet tagħhom b’riżultat ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni…

    “Nemmen li iva irridu noħolqu mekkaniżmu biex jekk jiġru inċidenti bħal dawn, idealment ma jiġrux, ikun hemm mekkaniżmu li jiskatta mill-ewwel li jipprovdi residenza alternattiva għal residenti li jkunu affettwati b’mod negattiv kif ukoll kull rimedju ieħor biex l-inkonvenjent jitnaqqas kemm jista’ jkun possibbli.”

    Hekk iddikjara l-Prim Ministru Robert Abela meta mistoqsi minna dwar l-inċident li kien seħħ disa’ xhur ilu fejn iġġarrfet blokka ta’ appartamenti fi Gwardamanġa, bil-familji milquta spiċċaw evakwati barra minn djarhom u b’ta fuqhom senduqhom. Il-binja li waqgħet kienet maġenb sit ta’ kostruzzjoni.

    Fil-kummenti tiegħu, Dr Abela sostna wkoll li għandu jkun hemm bilanċ u rispett bejn l-iżviluppaturi u l-ġirien. Fl-istess waqt, huwa qal li huwa kien dispjaċut ħafna b’dan l-inċident u li kien intervjena personalment fih. “Intervjenent billi anke kont naf li kien hemm familja li ma setgħetx tidħol biex iġġib passaport tagħha dakinhar. Mingħajr ma kont nafhom kont dħalt fiha. Kont dispjaċut ħafna,” tenna l-Prim Ministru Abela.

    L-inċident inkwistjoni kien seħħ f’April tal-2019, b’koppja li kienet tgħix f’wieħed mill-appartamenti rrakkontat ma’ dan il-ġurnal li kollox seħħ f’temp ta’ ftit minuti waqt li huma kienu fis-sodda. Hekk kif semgħu ħoss u bdew jaraw xi konsenturi fil-ħajt jiċċaqilqu, ħarġu jiġru ‘l barra mill-appartament bla ma ġabru xejn minn tagħhom ħlief il-kelb li huwa meqjus minnhom bħala wieħed mill-membri tal-familja.

    Fil-frattemp kienu laħqu infurmaw lir-residenti tal-istess blokka bil-periklu billi bdew iħabbtulhom mal-bibien u anke jgħajtu ħalli jisimgħuhom. Kulħadd laħaq ħareġ ’il barra fil-ħin u b’xorti tajba ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.

    Fit-8 ta’ Ġunju li għadda mbagħad seħħ inċident ieħor simili, din id-darba fil-Mellieħa, fejn kienet waqgħet binja u għal xi ħin kien hemm ukoll anzjana li kienet maqbuda fit-tifrik. I|-mara, Maggie Smith, mietet xahrejn wara.

    Ħamest ijiem wara, iġġarraf ħajt ta’ blokka ta’ appartamenti fi Gwardamanġa, ħdejn sit ta’ kostruzzjoni. Fir-residenza kien hemm xi persuni li mal-inċident ħarġu jiġru ‘l barra mid-dar tagħhom. 

    Wara dawn l-inċidenti, il-Gvern kien issospenda kull xogħol ta’ skavar u demolizzjoni sakemm daħlu fis-seħħ ir-regolamenti ġodda. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0