Mill-inqas 21 persuna tmut u aktar minn elf oħrajn jindarbu f'terremot qawwi fit-Turkija

  • Jan 25, 2020 11:21
  • Miktub minn iNews

    Mill-inqas 21 persuna mietu, u aktar minn 1,000 indarbu f’terremot qawwi li heżżeż lill-Lvant tat-Turkija.

    It-terremot, li rreistra qawwa ta’ 6.8 fuq l-Iskala Richter, inħass l-aktar fil-belt ta’ Sivrice fil-provinċja ta’ Elazig, b’binjiet saħansitra jiġġarrfu.

    it-theżżiżiet inħassu wkoll fis-Sirja, il-Libanu u l-Iran.

    Terremoti huma komuni fit-Turkija. Madwar 17,000-il persuna mietu f’terremot qawwi li kien laqat lill-belt ta’ Izmit, fil-Punent tal-pajjiż, fl-1999.

    Skont l-Awtorità għall-Immaniġġjar ta’ Diżastri u Emerġenzi (Afad), kienu reġistrati aktar minn 200 aftershock wara li seħħ it-terremot.

    Afad żiedet tgħid li aktar minn 400 tim ta’ salvataġġ kienu sejrin fiż-żoni milqutin. L-awtorità ħeġġet lin-nies biex ma terġax tidħol lura f’dawk il-binjiet li ġarrbu ħsarat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0