Tħassib fil-komunità medika … Persuna infettata bil-coronavirus tista' tinfetta nies oħrajn qabel ma turi sintomi tal-marda

  • Jan 26, 2020 12:53
  • Miktub minn iNews

    Fi żvilupp li qed tħasseb lill-komunità medika dinjija, il-coronavirus li s’issa nnfirex f’aktar minn 2,000 persuna, huwa infettuż fil-perjodu tal-inkubazzjoni tiegħu, u għaldaqstant qabel ma jibdew jidhru l-ewwel sintomi. Dan jagħmilha aktar diffiċli biex it-tixrid tal-marda tinżamm taħt kontroll, qalu uffiċjali Ċiniżi.

    Mill-inqas 56 persuna diġà mietu bil-marda, bil-Ministru għas-Saħħa Ma Xiaowei f’kummenti lill-ġurnalisti jgħid li l-abbiltà tal-virus li jinfirex kulma jmur tidher aktar qed tissaħħaħ.

    Diversi bliet Ċiniżi imponew restrizzjonijiet sinjifikanti fuq l-ivvjaġġar.

    Il-belt ta’ Wuhan fil-provinċja ta’ Hubei, tinsab effettivament taħt lockdown.

    Intant uffiċjali Ċiniżi ħabbru wkoll li l-bejgħ ta’ kull annimal selvatiku fiċ-Ċina se jkun ipprojbit mil-lum. Il-virus inizjalment kien maħsub li oriġina minn annimali.

    Fil-bnedmin, il-perjodu ta’ inkubazzjoni – li matulu persuna infettata bil-marda ma tkun turi l-ebda sintomi – tvarja minn jum sa 14-il ġurnata.

    Mingħajr sintomi, persuna ma tkunx taf jekk ġietx infettata bil-marda, madankollu xorta waħda tkun tista’ tinfetta lil persuni oħrajn.

    Persuni infettati bis-Sars u l-Ebola jkunu kuntaġġjużi ladarba jidhru l-ewwel sintomi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0