Il-qawwiet Sirjani jieħdu l-kontroll ta' diversi bliet fil-provinċja ta' Idlib … It-Turkija mħassba dwar żieda fir-refuġjati

  • Jan 26, 2020 16:22
  • Miktub minn iNews

    Il-qawwiet tal-Gvern Sirjan ħadu l-kontroll ta’ diversi bliet fil-provinċja ta’ Idlib, hekk kif il-President Bashar al-Assad qed iżid l-isforzi tiegħu biex jieħu l-kontroll tal-aħħar żoni kkontrollati mir-ribelli.

    Mijiet ta’ eluf ta’ persuni ħarbu minn Idlib matul dawn l-aħħar ġimgħat hekk kif il-qawwiet tal-ajru russi u Sirjani żiedu l-attakki mill-ajru bil-għan li jegħlbu l-aħħar forma ta’ oppożizzjoni fil-provinċja wara kważi disa’ snin ta’ gwerra ċivili.

    L-Osservatorju Sirjan illum qal li f’dawn l-aħħar 24 siegħa sitt ibliet waqgħu taħt il-kontroll tal-qawwiet Sirjani.

    L-operazzjoni militari tal-qawwiet Sirjani qed tiżvolġi minkejja ftehim għal waqfien mill-ġlied li ġie fis-seħħ wara taħditiet bejn it-Turkija u r-Russja, li jappoġġjaw lil partijiet opposti fil-kunflitt.

    Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan nhar il-Ġimgħa li għadda qal li mal-400,000 persuna mill-provinċja ta’ Idlib kienu qed jersqu lejn il-fruntiera tat-Turkija kaġun taż-żieda fil-vjolenza.

    It-Turkija, li għandha preżenza fiż-żona u hija meqjusa mill-biċċa l-kbira taċ-ċittadini bħala protettur kontra l-attakki Russi, diġà qed tilqa’ aktar minn 3.5 miljun refuġjat Sirjan, u hija mħassba li miljuni oħrajn jistgħu jaqsmu l-fruntiera.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0